Ara kif għandek tikkrea skeda tal-ikel għall-kelb tiegħek!

 Ara kif għandek tikkrea skeda tal-ikel għall-kelb tiegħek!

Il-klieb huma bħall-bnedmin. Jieklu, jiddiġerixxu l-ikel u mbagħad, diversi sigħat wara, jerġa’ jaqbadhom il-ġuħ. Madanakollu, għall-kuntrarju tal-bniedem, il-klieb ma jistgħux jagħżlu huma fi x’ħin jieklu, iżda jkunu pronti sabiex jieklu malli tiddeċiedi li ttihom l-ikel inti. Għalhekk, huwa kruċjali li tikkrea skeda tal-ikel sabiex tkun tista’ tikkontrolla s-saħħa diġestiva tal-kelb, kif ukoll il-piż u l-enerġija. 

Aħna ta’ Strada Rjali tkellimna ma’ Marco Garaffa, minn Idea Natur 2000, pet shop li jinsab ġewwa Santa Venera. Hu spjegalna kif:

  1.  Il-klieb għandhom jingħataw l-ikel darbtejn kuljum, madwar 12-il siegħa ‘l bogħod. Jiġifieri jekk inti tqum filgħodu u ttih jiekol fis-7am, l-ikla li jmiss għandha tkun fis-7pm.  
  2. Evita li titimgħu qabel ma toħorġu jimxi għax tista’ tikkawżalu gass u uġigħ addominali. Evita wkoll li titimgħu eżatt malli tidħol id-dar, għax inkella jibda jassoċjak biss mal-ikel u tikkawżalu ansjetà żejda jekk forsi xi drabi jkollok bżonn tirritorna aktar tard. 
  3. Kif inti dejjem tiekol mal-mejda, il-kelb tiegħek ukoll għandu bżonn ir-rutina fejn jidħol il-post fejn jiekol. Ipprova dejjem żomm l-istess post għall-ikliet tal-ġurnata, u kemm jista’ jkun evita li dan il-post ikun ħdejn il-mejda tal-kċina jew fejn tipprepara l-ikel. Meta tagħmel hekk tkun qed tirriskja li l-kelb tiegħek jaħseb li kull darba li tkun qed tiekol jew issajjar se ttih l-ikel.  
  4. Malli l-kelb jispiċċa jiekol, neħħi l-kontenitur li ttih l-ikel fih. 
  5. Ara li l-porzjon tal-ikel ikun konsistenti u jekk se tagħmel tibdiliet fil-porzjon għamilhom b’mod gradwali mingħajr tibdil drastiku. 
  6. Ikkunsidra li tagħti t-treats lill-kelb tiegħek bħal xi Tasty Bone, Kong Biscuit jew dog smoothies. 
  7. Għin lill-kelb tiegħek iħossu aktar mimli billi ttih ikel nutrittiv bħal dry food ta’ Carnilove b’ħafna togħmiet differenti u li ssibhom kollha mingħand Idea Natur, kif ukoll wet food bħal dak ta’ Oasy.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com