Ara liema ġenerazzjoni tqatta’ l-aktar ħin taħt id-doċċa!

 Ara liema ġenerazzjoni tqatta’ l-aktar ħin taħt id-doċċa!

Informazzjoni li ħarġet minn survey ta’ The Harris Poll sabet li dawk li jappartjenu għal GenZ huma l-aktar nies li jqattgħu ħin taħt id-doċċa. Dan is-survey iħares lejn kif nies ta’ etajiet differenti jagħmlu użu ta’ doċċa fl-Istati Uniti.

Skond is-survey, dawk ta’ Gen Z, jiġifieri nies li twieldu bejn l-1997 u l-2012, iqattgħu l-aktar ħin taħt id-doċċa, bil-medja tkun dik ta’ madwar 21 minuta. Dan għall-kuntrarju tal-ġenerazzjoni tal-Baby Boomers, jiġifieri nies li twieldu bejn l-1955 u l-1964 li jqattgħu madwar 12-il minuta taħt id-doċċa.

Sabu wkoll li Gen X, li twieldu bejn l-1965 u l-1980, huwa aktar kapaċi li jinħaslu kuljum minn etajiet oħrajn.

Esperti jgħidu li l-frekwenza tad-drabi li wieħed jieħu doċċa w t-tul li jdum fiha jiddependi ħafna fuq preferenzi personali, il-livell ta’ attività li jagħmlu f’ħajjithom u l-ambjent li jgħixu fih. Filwaqt li biex wieħed iżomm il-ġilda nadifa u sana, ir-rakkomandazzjoni hija li tittieħed doċċa kuljum, it-tul ideali ta’ doċċa ivarja. Anke il-ħinijiet ivarjaw skond il-persuna, hemm minn ‘l hena tiegħu jinħasel filgħodu sabiex iħossu aktar frisk wara r-raqda, u hawn min jinħasel filgħaxija għax tgħinu jirrilassa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com