Bruce Springsteen jilħaq t-tragward ieħor fil-karriera tiegħu

 Bruce Springsteen jilħaq t-tragward ieħor fil-karriera tiegħu

Meta Bruce Springsteen jew The Boss kif inhu magħruf fix-xena mużikali ser ittemm it-tour tiegħu fl-Irlanda x-xahar id-dieħel, huwa se jkun agħmel il-wirjiet tiegħu quddiem miljun ammiratur u ammiratraċċi madwar il-gżira tal-Irlanda matul il-karriera twila tiegħu. ll-promotur tal-kunċert tiegħu qal li ftit huma l-artisti li biegħu miljun biljett fl-Irlanda, fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar tal-fruntiera Irlandiża.

Springsteen huwa magħruf għall-wirjiet enerġetiċi tiegħu u l-abbiltà tiegħu li jgħaqqad l-udjenza tiegħu flimkien miegħu, għalhekk kwalunkwe kunċert li jagħti x’aktarx ikun memorabbli, u dan mhux ser ikun b’inqas!

L-istilla tar-rock Amerikana ta’ 74 sena, beda il-karriera tiegħu minn meta kellu biss 16 -il sena u ilu jagħmel kunċerti fir-Repubblika u l-Irlanda ta’ Fuq għal 40 sena. Springsteen se ddoqq f’Belfast, Kilkenny, Cork u Dublin bħala parti mit-tour dinji tiegħu. Filfatt Bruce Springsteen u l-band bl-isem “The E Street Band” se jitilgħu fuq il-palk f’Belfast fid-9 ta’ Mejju, Nowlan Park f’Kilkenny fit-12 ta’ Mejju, f’Cork fis-16 ta’ Mejju u Croke Park f’Dublin fid-19 ta’ Mejju.

Ghal dawk kollha li ser jmorru ghal dan il-kuncert ġew imfakkra li l-istadium jinsab f’żona residenzjali u ġew imħeġġa biex jirrispettaw il-r-residenti tal-madwar. Huma ġew imħeġġa wkoll jużaw it-trasport pubbliku biex jaslu għall-kunċert, u biex jużaw il-karozzi tal-linja minħabba l-ammont kbir ta’ ammiraturri ta’ Bruce Sprinteen li ser ikunu preżenti għal dan il-kunċert fil-gżira Irlandiża.

In-nies ġew avżati ukoll biex jippjanaw ir-rotta tagħhom u kif se jaslu fil-post jiċċekkjaw il-biljetti tagħhom biex jistabbilixxu fejn irridu jidħlu fi Croke Park f’ Dublin fid-19 ta’ Mejju li ġej.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com