Daħħal t-tfal tiegħek fiċ-ċans li jerbħu premijiet sbieħ f‘Żanżan Kelma!
Għal darbohra l-Għaqda tal-Malti ħa jwettqu edizzjoni oħra ta’ Żanżan Kelma (ŻK) 2024, ‘spelling bee’ għat-tfal li għandhom bejn 8 snin u 13-il sena. Din il-kompetizzjoni se tinqasam f’żewġ kategoriji:
∙Kategorija A li tinvolvi etajiet bejn 8 u 10 snin (Year 3 sa Year 6 l-iskola)
∙Kategorija B li tinvolvi etajiet bejn 11 u 13 -il sena (Year 7 sa Year 9 l-iskola).
Il-kliem tal-kategorija taż-żgħar se jkun eħfef mill-kliem li l-kbar iridu jispellu. Is-semifinali għandha ssir fit-20 ta’ Settembru fl-aġenzija nazzjonali taż-Żgħażagħ, Aġenzija Żgħażagħ Santa Venera, u l-finali fl-22 ta’ Settembru filgħaxija. Il-ħin u l-post tal-finali se jkunu kkonfermati ‘l quddiem. L-applikazzjonijiet jagħlqu fil-15 ta’ Settembru 2024.
Żanżan Kelma hija attività anċillari għall-Jum Ewropew tal-Lingwi f’Malta li jiġi ċċelebrat fil-25 ta’ Settembru. Il-parteċipanti u r-rebbieħa li ħadu sehem fis-snin preċedenti jistgħu jerġgħu jieħdu sehem. Il-parteċipanti mhumiex se jingħataw lista ta’ kliem minn qabel biex jistudjawha imma jridu jkunu preparati għal kollox. L-Għaqda tal-Malti titlobkom tavżawhom f’każ li l-parteċipant ikollu xi impediment fit-taħdit jew impediment ieħor ħalli jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa.
Jenfasizzaw ukoll li hemm premji sbieħ għal kulħadd!
Imla din il-formola ( Żanżan Kelma 2024 ) sabiex tipparteċipa!