Dawn is-6 tipi ta’ ikel jistgħu jibdlulek il-burdata…
Hawn min jgħid li ċertu tip ta’ ikel jgħinu jħossu aktar kuntent, partikolarment meta jittiekel f’xi ġurnata li ġabet magħha xi ftit dwejjaq jew stress. Skond diversi esperti, hawn sitt tipi ta’ ikel differenti li jistgħu jgħinunha nibdlu l-burdata minn waħda ta’ dwejjaq għal waħda ftit aktar pożittiva.
- Iż-żerriegħa tal-qargħa ħamra – din iż-żerriegħa hija sors ta’ triptofan, tip ta’ aċidu amminiku li jgħin lill-ġisem jipproduċi s-serotonin li jwassal sabiex inħossuna tajbin. Meta wieħed jiekol ponn minn din iż-żerriegħa darbtejn jew tlieta fil-ġimgħa jgħin sabiex ġismu jipproduċi aktar sensazzjonijiet ta’ kuntentizza.
- Ħut – bħal salamun, makkarell, inċova, sardin u ħut ieħor li għandu livell għoli ta’ aċidi grassi tal-omega-3 li jgħinu sabiex jipproteġu l-qalb, jiġġieldu l-infjammazzjoni u jgħinu fis-support għall-funzjoni tal-moħħ. Fih ukoll livell ogħli ta’ Vitamina D li tgħinek ittejjeb emozzjonijiet negattivi.
- L-Avacado – din hija mimlija xaħmijiet monoinsaturati bħall-aċidu olejku li huwa essenzjali għas-saħħa tal-moħħ u jnaqqas ir-riskju ta’ dipressjoni. Bħaż-żerriegħa tal-qargħa ħamra, l-avacado hija sors ta’ triptofan, kif ukoll ta’ manjesju, potassju u vitamina Ċ.
- Il-larinġ – din il-frotta hija għolja fil-vitamina Ċ, li tgħin biex tipproteġi kontra l-istress ossidattiv, tiġġieled l-infjammazzjoni u tirregola d-dopamina. Il-larinġ għandu wkoll fih dawk li jgħidulhom flavonojdi, bi proprejtajiet antiossidanti li jnaqqsu l-infjammazzjoni u jgħinu jżommu l-burdata stabbli.
- Ħaxix aħdar skur – bħal spinaċi, kale u bok choy li fihom manjesju, ħadid, folate, potassju u vitamini A u Ċ. Dan il-ħaxix huwa għoli wkoll fejn tidħol il-fibra u jaġixxi bħal antiossidanti fil-ġisem, filwaqt li jappoġġa s-saħħa tal-moħħ.
- Ċikkulata skura – din hija rikka fejn jidħlu l-antiossidanti fenoliċi, li jistgħu jipproteġu kontra l-infjammazzjoni u l-istress ossidattiv, u jappoġġjaw il-funzjoni konjittiva u l-burdata. Studju kien sab li ċ-ċikkulata skura timita wkoll dawk li jgħidulhom prebijotiċi, nutriment għall-mikro-organiżmi tal-imsaren u jtejbu l-burdati ħżiena.