Dawn l-annimali qed jistennew lil xi ħadd jiftaħ qalbu għalihom!
Huma ħafna dawk li meta jibdew jaħsbu biex jiftħu darhom u qalbhom għal xi kelb, jibdew ifittxu razzez speċifiċi li ħafna drabi jiswew ħafna flus. Mhux kulħadd jieqaf ftit u jaħseb kif meta tadotta kelb jew qattus, kapaċi jagħtuk l-istess tip ta’ mħabba. L-unika differenza hija li wieħed huwa ta’ razza pura u jiġi bi prezz u l-ieħor huwa forsi xi ftit aktar komuni u jiġi jew b’xejn jew forsi b’donazzjoni ċkejkna lix-xelter minn fejn tadottah.
Jekk bi ħsiebek tadotta kelb, dawn t’hawn taħt qed jittamaw li jsibu dar li tilqagħhom!
- Luigi, Chihuaha li għandu biss 4 xhur
- Mabel, ta’ razza mħallta li għandha 6 snin
- Leo, German Pointer mix li għandu sentejn
- Hailey, English Pointer li għandha sena u nofs
- Linda, Fox Terrier anzjana li għandha 10 snin
Biex taddotta lil dawn, u ħafna oħrajn, żur il-paġna Operation Underdog tal-MSPCA!