Differenza fl-eta’ bejn il-koppji. Tagħmillek differenza?
Jgħidu li fl-imħabba m’hemmx eta’ . Ħafna nies ifittxu partner li ma jkunx ikbar jew iżgħar minnhom b’ħafna snin. Imma hemm oħrajn illi l-eta’ ma tagħmilx differenza għalihom, u jimxu eżatt ma’ dak li jingħad: li fejn tidħol l-imħabba m’hemmx eta’
Hawn familji illi ma jaċċettawx illi t-tifla tagħhom tkun qed toħroġ ma’ xi ħadd xi 20 sena ikbar minnha. Żgur illi ser tisma’ min jgħid illi dak jiġi missierha, jew li se toqgħod għalih biss. Studji li saru sabu illi huwa normali illi s-soċjeta mhu dejjem taċċetta relazzjoni fejn ikun hemm differenza ta’ aktar minn 10 snin bejn il-koppja
Imma din għalfejn partner bilfors trid tkun ta’ l-istess eta’?
Hawn min jargumenta illi meta jkun hemm differenza fl-eta’, ser ikun diverġenzi speċjalment fil-ħsieb. L-ewwel nett illi jkun hemm ħsibijiet differenti mhux ħaġa ħażina, u apparti minn dan , xorta jista’ jkun illi dawn iż-żewġ persuni jkollhom gosti simili.
Aħna bħala soċjeta, għaliex inqarrsu wiċċna meta naraw differenza fl-eta’ bejn koppja? Naħsbu li mhux se jirnexxu? Għandna żball. Xi studji urew illi fejn hemm differenza l-eta’ koppja tmur aħjar.
Biex relazzjoni tirnexxi, irridu nżommu f’moħħna illi relazzjoni tiddependi minn lealta, rispett, il-valuri, kif ukoll minn kemm kapaċi nagħtu sapport lill-partner tagħna. Ma’ min jidħol f’relazzjoni, hija għażla ta’ dak li jkun, u s-soċjeta m’għandhiex dritt tindaħal.
Imma inti personali tagħmillek differenza jekk il-partner tiegħek ikunx jew tkunx ikbar jew iżgħar minnek biċċa sew? U jekk ikun ir-raġel xi 20 sena iżgħar? X’taħseb?