Ftit pariri li jagħmlu ħajjitna … u ħajjet il-pets … aħjar fid-dar!
- Uża lint roller u ingwanti tal-lakstu biex taqla’ l-pil. Użahom fuq għamara miksija mid-drapp. Għaddi fuq l-għamara biex tiġbor il-pil li jkun hemm.
- Il-baking soda jneħħi l-irwejjaħ. Xi pets jaf ikollhom riħa, l-iktar jekk joqogħdu fl-istess post. Agħmel ftit baking soda u wara nofs siegħa iġbdu bil-vacuum cleaner.
- Ħares id-drain mill-pil. Jekk tomxot il-pets qabel taħsilhom tneħħilhom il-pil maqlugħ. L-aħjar li jkollok ilqugħ apposta mad-drain biex ma ssoddx is-sistema.
- Għatti l-għamara. Jekk tixtieq tħalli l-pets jitilgħu fuq l-affarijiet, għattihom b’xi ħaġa li tintmesaħ jew tinħasel faċilment. Apparti l-pil, tilqa’ kontra ħmieġ ieħor.
- Imsaħ saqajn il-pets meta tidħol id-dar. Bħalma aħna nimsħu saqajna fit-tapit meta nidħlu d-dar, imsaħ saqajn il-pets b’wipe apposta jew ċarruta niedja b’sapun adattat għall-pets.
- Uża tapit ħdejn il-litter. Il-litter mat tgħin biex il-qtates ma jxerrdux żrar meta jużaw il-litter. Jekk jinqabad xi żrar ma’ saqajhom jaqa’ hemm mill-ewwel.
- Uża kaxxa tal-litter ta’ qies ideali. Jekk ikollha ġnub għoljin u tkun komda biex il-qtates jużawha bla xkiel, tnaqqas it-tixrid taż-żrar.
- Aħsel is-sodda jew il-kuxin tal-pets. Jekk taħsel regolarment b’deterġenti apposta għall-pets, tnaqqas l-irwejjaħ u l-pil. Uża vacuum cleaner ta’ spiss.
- Omxot u aħsel il-pets regolarment. Barra hekk, jekk taqtgħalhom difrejhom tnaqqas il-grif. Jekk il-pil jitwal, trid taqtgħalhom xagħarhom. Jekk ma tħossukomx komdi tagħmlu dawn l-affarijiet, ikkonsultaw groomer kwalifikat.
- Poġġi tapit taħt il-kontenituri tal-ikel. Dan jilqa’ t-titjir jew l-ikel li jwaqqgħu l-pets. Idealment ikun b’materjal li ma jiżloqx, bħal lakstu.