Għadna kapaċi nżommu ħajjitna b’mod privat?

 Għadna kapaċi nżommu ħajjitna b’mod privat?

Tiftakruhom id-djarji bil-katnazz? U ta’ min kien bla katanazz, ċertament illi kien jaħbi id-djarju f’post fejn ma jsibu ħadd. Konna nemmnu illi hemm affarijiet illi l-unika persuna illi seta’ jkun jaf dik il-ħaġa, kien int stess. Ħajjtina, speċjalment l-affarijiet intimi, jew dak in-nuqqas illi kellna konna nippruvaw naħbuhom.

Anke ħsibijietna, konna naqsmuhom biss mad-djarju.

Hawn min jgħid illi min jaħbu għommtu jmut biha. Jista’ jkun, imma taħseb li llum morna minn estrem għall-ieħor? Kull ħaġa li tiġrilna , ntellgħu fuq facebook. Jekk qomt ferħan, jekk qomt marid, jekk sifirt, u saħansitra nibdlu l-istatus fl-ewwel ġurnata li nibdew jew intemmu relazzjoni

Għaliex inħossu l-bżonn illi rridu ngħidu lil kulħadd anki jekk morna nieklu? Intellgħu ritratt ta’ platt ikel, jew anki tal-kikkra tal-kafe’. Irridu ninku? Naħsbu li ħadd ma ħareġ? Jew tant inkunu ferħanin illi rridu nwasslu dak li għamilna mal-erbat irjieħ tad-dinja

U għaliex naaqsmu l-mumenti privati tagħna ma’ kulħadd flok mal-ħbieb? Jew l-uniċi ħbieb li baqgħalna huma l-friends ta’ fuq Facebook?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com