Għaliex għandna nsemmu l-isem u d-dettalji tal-persuni li jittellgħu il-qorti?
Meta persuna tittella’ l-qorti, u tkun akkużata b’reat, ħafna drabi iġibuha fil-midja. Iġibu isimha, kunjomha, eta’, minn fejn hi u x’taħdem. U meta ngħidu midja, m’għadniex nirreferu għall-gazzetti, radjijiet u televiżjoni, imma nirreferu ukoll għall-midja soċjali, fejn il-portals jiftħu l-aċċess biex kull min irid jikkummenta fuq dak ir-reat li wettaq l-akkużat, jista’ jsemma’ leħnu, u ovvjamet m’hemmx wisq limitu ta’ x’jgħidu n-nies
Imma ħafna drabi ninsew illi dik il-persuna tkun għadha ma nstabitx ħatja. Il-Maġistrat jew l-Imħallef, kun għadu qed jisma’ l-fatti qabel jikkundanna lil dak il-persuna. Imma dak il-persuna jkun diġa ġie kkundannat mill-pubbliku. Nafu ismu u nafu li hu ħati.
Imbagħad, jekk snin wara din il-persuna ma tinstabx ħatja? U iva ntellgħu artiklu ieħor. Imma man-nies ikun diġa nstab ħati. Il-ħars bl-ikrah, il-kundanni u t-telf ta’ impjieg min se jtihomlu lura?
Kultant il-midja issemmi ċertu affarijiet, li minkejja ma jkunux relatati mal-każ, togħġobha ssemmihom biex tiġbed l-indirizz. Eżempju riċentament rajna persuna li ġiet illiberata, imma xorta saret referenza għax din il-persuna kien involut f’inċident sfortunat snin ilu.
Każijiet ta’ argumenti familjari, għandna nsemmu ismijiet? Jew insemmuhom meta jfettlilna għax persuna taf tkun popolari? Jekk kunsillier kellu xi jgħid ma’ tal-famija, għandna nsemmu ismu? Jekk professjonist kellu każ mat-tfajla għandna nsemmuh? Ma ninsewx illi hawn qed nitkellmu fuq persuna għadha akkużata. Mhux misjuba ħatja
Taħseb li l-midja għandha tieqaf issemmi ismijiet ta’ persuni li għadhom mhux misjuba ħatja?