Għaliex il-Knisja tal-Imġarr għandha forma ovali?
Interessanti mmens din. Maż-żmien, kien hemm min qal li mhux veru u oħrajn isostnu li hekk hu.
Ħa ngħidulkom għaliex … F’Mejju tal-1937, il-Kappillan tal-Imġarr Dun Edgar Salamone kien ħabbar f’ġurnal lokali li fl-1936 kienu nġabru 90 lira Sterlina Ingliża mill-bejgħ ta’ bajd li kienu jagħtu l-parruċċani biex jinġabru l-flus għall-bini tal-Knisja.
Kien għal din ir-raġuni li l-Knisja tal-Imġarr ngħatat forma ta’ bajda fl-arkitettura tagħha. Xi ġmiel hux?!
Il-Knisja tal-Imġarr għandha magħha zuntier imdaqqas u tiċċelebra l-festa ta’ Santa Marija mhux f’nharha, jiġifieri mhux fil-15 t’Awwissu imma fl-ewwel ħadd ta’ wara.
Insellmu lill-Imġarrin kollha.