Ġieli bagħtuk għal xi eżami f’post li ma kontx taf fejn hu?
Bħalissa għaddejjin l-eżamijiet tal- O anke A level, u fost l-ilmenti illi qamu kien hemm il-mistoqsija għaliex l-istudenti intbagħtu biex jagħmlu dawn l-eżamijiet f’lokalitajiet ” ftit” il-bogħod minn fejn joqogħdu. Eżempju student mill- Ħamrun intbgħat jagħmel eżamijiet Ħad-Dingli, In-Naxxar, il-Mosta, Pembroke fost oħrajn. Dan jagħmel sens meta l-Ħamrun huwa mimli skejjel, li fihom intbagħtu jagħmlu l-eżamijiet studenti minn lokalitajiet oħra?
Veru Malta mhux xi pajjiż kbir, imma kulħadd jaf il-problema tat-traffiku. Li kieku l-istudenti jintbagħtu għall-eżamijiet fi skejjel fir-raħal tagħhom ( jew ta’ lanqas fil-qrib), ikunu jistgħu imorru weħedhom, mingħajr il-bżonn li:
· Jkollhom iwassluhom il-ġenituri
· Jiżdied it-traffiku speċjalment fl-akwata ta’ l-iskola
· Il-ġenituri jkollhom jieħdu il-leave minn fuq ix-xogħol
· L-istudenti jiżdidilhom l-istress
Nota żgħira għal min jippjana l-postijiet fejn l-istudenti jagħmlu l-eżamijiet. Ftakar illi għal kull eżami ġenitur irid iwassal lil ibnu/ bintu , u jerġa’ jmur għalihom sagħtejn wara. U kull suġġett fih żewġ papers.
Għaddej jew ġieli għaddejt minn dil-problema? Kemm swewk ħin dawn l-eżamijiet?