Ġieli smajt bi Pre Nup? Tiħajjar iddaħħal dawn il-kundizzjonijiet strambi?
Il-prenup( taqsira għal Prenuptial) huwa kuntratt illi isir bejn koppja qabel iż-żwieġ jew unjoni ċivili. Ħafna drabi isir sabiex il-beni tal-koppji jibqgħu separati anki wara ż-żwieġ. F’dan il-kuntratt ħafna drabi jinkiteb dwar x’isir mill-assi f’każ li jkun hemm separazzjoni jew divorzju.
Hawn min hu favur li jsir dan il-kuntratt għax jirraġuna illi f’każ ta’ separazzjoni mhux biss hija eħfef biex taqsam il-beni (u tiffranka ħafna ħin il-qorti), imma dak li tkun ħdimt għalih (speċjalment xi negozju), jibqa’ tiegħek.
Minn naħa l-oħra, hemm persuni li jirraġunaw illi fi żwieġ ma tistax toqgħod tfittex, jew li titlaq mill-ewwel taħseb fuq possibilita ta’ separazzjoni
Int x’taħseb? Temmen li fi żmien ta’ llum, aħjar taħseb minn qabel?
Imma apparti l-kundizzjonijiet normali , hawn min idaħħal xi kundizzjoni stramba. Kieku titħajjar tikteb xi waħda minn dawn?
- Persuna daħħlet klawsola li jekk żewġha juża droga, irid iħallasha ammont ta’ flus
- Persuna għażlet illi tikteb klawsola dwar l-ammont ta’ ħin illi l-kunjata setgħet iżżurhom
- Ħlas jekk il-partner iżid fil-piż
- Ħin għalik waħdek. Persuna talbet sabiex ikollha ammont ta’ ħin fil-ġimgħa bla ma tiġi iddisturbata
- Ftehim ta’ ħlas jekk il-partner ma jkunx fidil lejk
- Min ser jieħu l-pets f’każ ta’ separazzjoni
X’taħseb minn dawn? Hemm xi klawsola li kieku tikkunsidra?