Ħafna wires l’hinn u l’hawn … wasal iż-żmien li jitneħħew?
F’pajjiżna tara bosta wires l’hinn u l’hawn. Ovvjament, l-iżjed tad-dawl. Wasal iż-żmien li dawn jiġu mgħoddija taħt l-art? Iżjed u iżjed fejn qed isiru toroq ġodda?
Apparti li jsebħu l-estetika, jiffrankaw problemi kbar f’każijiet differenti.
Kontu tafu li l-uniku żewġ imkejjen f’pajjiżna li fihom ma tarax wires tad-dawl jidhru huma fl-Imdina u fl-Imtarfa?
L-Imtarfa ilhom żmien twil hekk, propjament minn dejjem. Kienu saru hekk minn żmien l-Ingliżi. L-Imdina ġew mgħoddija taħt l-art meta din il-belt kapitali antika ta’ Malta ġiet irrestawrata kompletament u anke sar paviment ġdid.
Forsi suġġeriment lill-awtoritajiet biex naħsbu dwar dan ukoll. Almenu, fejn nistgħu nsebbħu, insebbħuh.