Idejquk il-wirdien, nemus u dubbien?

 Idejquk il-wirdien, nemus u dubbien?

Festi, barbeques, baħar u safar. Dawn huma karetteristiċi illi wieħed isibhom popolari ħafna matul is-sajf f’Malta. Imma malli żżid is-sħana, nibdew naraw ukoll żieda fl-insetti. L-aktar erbgħa illi jissemmew għal raġuni jew oħra huma n-nemus, id-dubbien, in-nemel u l-wirdien.

Ma tantx tara nies jibżgħu minn nemus, iżda ħadd ma jieħu pjaċir bih. Ħadd ma jieħu pjaċir jispċċa vittma ta’  xi gidma ta’ dan l-insett, li minkejja li ħafna drabi m’għandiex effett kbir, taf toħloq ftit skumdita. Ħafna saru jippruvaw metodi differenti : brazuletti, citronella, sprays, metodi naturali bħal pjanti (eżempju Lavender), u metodi oħra sabiex ibiegħed in-nemus minn fuq il-ġilda tagħna

Id-dubbien– Ma naħsibx li hawn min jibża’ minnu b’mod dirett. Forsi l-biża’ li għandna hi relatata mal-fatt illi d-dubbien jgħix fuq il-ħmieġ,  u li għandu l-vizzju li jiġi jpoġġilna fuq l-ikel. Il-biża’ tibqa illi meta d-dubbien jiġi jpoġġi fuq l-ikel, jaf ikun qed iġorr miegħu mikrobi, illi jafu jwasslulna biex ngħaddu xi ħin qrib it-tojlit

In-nemel: Dan l-insett ċkejken jaf joqros jekk jitla’ ma’ sieqek. Għandu vizzju jimxi f’serbut u jekk tkun waqqajt xi ħaġa fil-kċina, malajr tara ammont ta’ dawn il-ħaddiema jippruvaw iġorruha. Mill-bqija, ħafna ma jibżgħux minnhom. Avolja, dan l-insett ċkejken għandu vizzju li jħaffer, u jaf jagħmel ħsara mhux ħażin fil-bini jew f’xi travi

Il-wirdien– Probbabli hawn nies jibżgħu minnu aktar mill hawn jibżgħu mit-tigri. Mhux xi nsett nadif, għax ukoll issibu jgħix fil-ħmieġ. Imma kuntrarjament għad-dubbien, il-biża’ mill-wirdien tmur lil hinn mill-biża’ li jkun qed iġorr mard u ħmieġ. Hawn min jibża’ biża’ kbir mill-wirdien tant li jasal jaqsam triq bla ma jħares

Int tibża’ mill-wirdien? Għalfejn tħoss li dan l-insett kannella għandu jnissillek biża’?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com