“Il-car seat għat-tfal mhux bżonn, imma neċessità”
Li wieħed jara li t-tfal ikunu sikuri fil-karozza huwa mhux biss importanti imma kruċjali għall-ġenituri kollha. Il-car seats għandhom irwol kruċjali sabiex jipproteġu lit-tfal jekk ikollu jiġri inċident. Sfortunatament, fid-dinja qegħdin u qatt ma taf x’jista’ jiġri. Allura għandna noqgħodu attenti li nieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex nieħdu ħsieb lit-tfal tagħna.
Aħna ta’ Strada Rjali tkellimna ma’ Edward Bugeja minn Little Stars, dwar il-car seats u għaliex huma daqshekk importanti. Hu spjegalna propju dawn ir-raġunijiet t’hawn taħt:
- Protezzjoni avvanzata – il-car seats huma ddisinjati b’tali mod li joffru protezzjoni avvanzata skond il-bżonn tat-tarbija jew tfal żgħar. Iċ-ċinturini tas-sigurtà mhux biżżejjed għax dawn huma magħmulin għall-adulti. Il-car seats huma magħmulin apposta għad-daqs tat-tfal.
- Għaddew minn ħafna testijiet – il-car seats moderni ma jitħallewx jidħlu fis-suq sakemm ma jgħaddux minn ċertu testijiet li jiggaratixxu l-istandard tas-sigurtà. Dawn jassiguraw li l-car seats jipprovdu l-protezzjoni adegwata f’każ ta’ inċident.
- Inaqqsu r-riskju li jweġġgħu t-tfal – il-car seat magħmul b’tali mod li lit-tfal iżommhom ankrati f’posthom. Infatti, studji internazzjonali sabu li l-car seat inaqqsu r-riskju li inċident ikun fatali b’71% għal trabi u 54% għal tfal taħt it-3 snin.
- Jassiguraw li t-tfal ikunu fil-pożizzjoni ideali – il-forma tal-car seat tara li t-tfal ikunu bilqiegħda fil-pożizzjoni ġusta fil-karozza. Car seats li jistgħu jduru bil-kontra huma ideali għal tfal li għandhom inqas minn sentejn għax jagħtu s-support neċessarju fejn jidħlu r-ras, l-għonq u l-ispina f’każ ta’ inċident. Huma u jikbru t-tfal, għandek tibdel il-car seat skond il-bżonn inkella tagħżel car seat li jimmodifika lilu nniffsu skond l-età tat-tfal bħal dak tad-ditta BabyGo li ssibha mingħand Little Stars.
- Hija rikjesta mil-liġi Maltija u Ewropea – ma tistax tivvjaġġa bil-karozza bi trabi u tfal żgħar fiha, mingħajr ma jkollok car seat apposta biex tipproteġihom.
Apparti dawn il-fatturi, Edward fakkar ukoll dwar żewġ fatturi importanti fejn tidħol is-sigurtà tat-tfal fis-sewqan. Semma li huwa kruċjali li dak li jkun jassigura li l-car seat ikun installat sew u kif suppost fil-karozza. Kompla jgħid li huwa wkoll importanti ħafna li t-tfal ikunu marbutin u issikkati kif suppost meta jitpoġġew fil-car seat. Għalhekk, meta jkollok tarbija jew tfal żgħar fil-karozza għandek tara li tagħmel il-kontrolli kollha neċessarji fejn tidħol is-sigurtà tagħhom qabel ma tibda ssuq.