Il-ħsibijiet u r-realtà tal-propjetarji f’Malta

 Il-ħsibijiet u r-realtà tal-propjetarji f’Malta

Li biex wieħed jixtri post fejn joqgħod irid jagħmel sakemm jirtira mix-xogħol imċappas bid-dejn mall-bank, hu fatt. Ħadd ma jista’ jmeri illi biex wieħed jixtri appartament irid iħallas fortuna. Appartament illum sar jiswa xi erba’ mitt elf. Kif jista’ jkun? Aħseb xi tkun ħallast bl-interessi b’kollox, u tkun taf kemm jiswa’. Issa jekk ħallastu cash, mod ieħor. Probbabli dan l-artiklu qas jinteressak, għax probbabli taffordja tixtri dar kbira u komda, u bil-veduta.

Imma probabbli qed toħlom, jew forsi int  parti żgħira minn nies li huma sta bene. Imma ejja mmorru  lura għar-realta’ u ninsew il-ħolm

Minn naħa l-oħra, wieħed irid jistaqsi kemm aħna, it-tfal tal-ħaddiema, qed nagħmlu sabiex nixtru post illi nistgħu naffordjaw, u li jkun ukoll spazjuż biżżejjed għal familja li nixtiequ inrabbu fih.

Ħafna illum jippreferu illi jixtru appartament żgħir illi forsi faċċata tiegħu hemm veduta ta’ baħar jew għelieqi (għad hemm?) milli jixtri dar affordabbli illi ma fihiex veduta.

Hawn min jippreferi jixtri gabuba f’post ta’ high class, milli jixtri dar ikbar u irħas f’lokalita’ li forsi ħafna jassoċjawha ma’ nies ta’ klassi inqas.

Hawn min jirraġuna illi l-importanti huwa mill-bieb il-ġewwa. L-aqwa li nkun komdu, u ma jimpurtahx mill-ambjent ta’ quddiemu. Wara kollox, kemm fi-verita’ nqattgħu ħin napprezzw il-veduta ta’ quddiemna?

Int x’tippreferi? Dar kbira u affordabbli imma bla veduta, jew lest tissallab biex ikollok xena sabiħa kif tixref mill-gallarija?

Bilħaqq, ċert li l-veduta sabiħa se tibqa’ taraha għal dejjem? L-aktar jekk jiġi dak u jibni xi blokka tmiss is-sħab.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com