Il-kotba tal-imgħoddi jġibulek nostalġija?

 Il-kotba tal-imgħoddi jġibulek nostalġija?

Tiftakruhom lil Pietru Pitravu, Fra Mudest,, Kunċett u Marinton u oħrajn?

Għal dawk li twieldu bejn is-snin 70 u snin 90, żgur illi jiftakru ħafna mill-karattri illi nħolqu minn awturi Maltin. Karattri illi kibru magħhom u għadhom jissemmew sa llum, minkejja li għaddew snin twal. Forsi għax ma kinux joħorġu ammont kbir ta’ kotba, jew forsi ( anzi żgur)  dawn il-kotba kienu tajbin wisq

Kull min attenda l-iskola f’ dawk is-snin żgur li jiftakar Id-Denfil, mimli stejjer minn awturi differenti addattati għal kull età. Tiftakru l-istorja ta’ Toninu li ma riedx imur skola ? Mario ( bin Bronka) ż-żaqqieq ? Jew l-istorja tal-ħuta u l- qattus? U l-istorja ta’ Pupull ?

Karattru li żgur ħafna jafuh huwa Fra Mudest, karattru mill-pinna ta’ Charles Casha. Kif tista’ tinsa l-praspar li kien jagħmel dan il-fra maħbub minn kulħadd , ħlief minn Ġiġinu d-dulċier? Kemm daħħlu f’ inkwiet lill-pirjol miskin!

Fost il-ħafna kotba li kiteb Carmel G. Cauchi, żgur li hemm erbgħa li ħafna minnkom tiftakru. Mastru Gerfex , l-anzjan maħbub f’ Ħal Busbies. L-inbid l-hena tiegħu, iħobbu , kif iħobb lil martu Lugrezja. Ix-xwejjaħ li jidħol fl inkwiet mas-Surġent Sacco u ma’ Kaspru l-Amerikan

Betta Trombetta u Ramon u Sardinellu ukoll huma karattri ħelwin maħluqa minn Cauchi. U bilħaqq, Pietru Pitravu.

U Trevor Zahra? Stejjer minn Wied Pepprina, Qrempuċu u id-djarju tal-annimali. Magħhom il-karattri ta’ Kunċett u Marinton, u Ġrajjiet in-nannu Ċens

Imma kif tista’ tinsa l-kotba ta’ avventura li kiteb Zahra. Stejjer li tistħajlek qiegħed parti minnhom. Il-pulena tad-deheb, Qamar aħdar, L-għar tax-xelter, Villa Siko Sao, Il-kaxxa taz-ziju u Meta Jaqa’ ċ-ċpar

Tiftakruhom dawn ? X’ tiftakar aktar? Liema kien il-karattru favorit tagħkom ?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com