Il-Maltin kemm huma sportivi waqt kompetizzjoni?

 Il-Maltin kemm huma sportivi waqt kompetizzjoni?

Għadna friski mill-konkors tal-Eurovision. Festival kollu kontroversja u li lilna l-Maltin, jgħoġobna. Anke jekk ingergru u ngħid biex sena oħra ma nerġgħux nidħlu. Imma kif jasal, issibna nagħmlu l-festini ħalli narawh flimkien.

Il-fatt li ma naslux fil-finali, il-frażijiet ta’ wara dejjem ikunu ‘flus fil-ħela’, ‘ma nerġgħux nieħdu sehem’, ‘ma jridunhiex’. Imma nkunu qed ninsew xi pjattaforma qed tingħata lill-artisti lokali, u anke lil pajjiżna. Irridu niftakru li hemm pajjiżi li ġieli ġew l-aħħar u mill-banda l-oħra, kellhom okkażjonijiet fejn kisbu riżultati sbieħ. Aħna wkoll kellna riżultati sbieħ għalkemm veru li qatt ma rbaħnieh.

Imma mhux fil-mużika biss tiġrilna din. Anke fl-isports. Sew jekk futbol u sports ieħor fejn mal-ewwel riżultat xejn pjaċevoli, jinxterdu messaġġi negattivi ta’ kemm aħna mhux tajbin u li mhux kapaċi.

Agħar minn hekk, meta pajjiżna jissemma fin-negattiv, il-kumment famuż ikun: “Ara, ġejna f’xi ħaġa l-ewwel!”

Dan joħloq idea negattiva mmens fuq il-ġenerazzjonijiet diversi. Jaqta’ l-qalb u jżommna lura milli nippruvaw iżjed.

Madanakollu, irridu niftakru li jkun hemm spiss mumenti fejn pajjiżna jissemma’ fit-tajjeb, saħansitra anke fl-isports, fil-mużika, akkadmeja u ħafna suġġetti oħra.

Ma nistgħux nirbħu dejjem. Imma nistgħu nkunu pożittivi dejjem … jew imqar, iżjed.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com