Il-midja tippromovi s-sess? Jew ma jaffetwakx dan?

 Il-midja tippromovi s-sess? Jew ma jaffetwakx dan?

Bi programmi li jesponu s-sbuħija tal-ġisem tar-raġel u tal-mara u anke b’films u serjè televiżivi li juru dan, kemm lokali u anke fuq midja barranija, il-bniedem bla ma jrid iħoss ix-xewqa li jkun involut fl-att sesswali.

Ikun hemm min jiskandalizza. Imma mbagħad wieħed irid jifhem ukoll, li dan m’għandux ikun taboo. Is-sess huwa parti min-natura tal-bniedem.

Iżda dejjem jiddependi kif tużah. L-abbuż huwa ħażin u anke ovvjament meta tisfurzah fuq oħrajn.

Il-flirting sar iżjed komuni u popolari. Fejn dari kien iżjed diffiċli li jsir, anzi, kienu jdumu saħansitra anke biex jagħtu bewsa. Imma mhux kulħadd l-istess.

Li hu żgur huwa li forsi llum l-affarijiet jidhru iżjed għaliex huma esposti iżjed bil-midja u l-midja soċjali imma ma jfissirx li qabel ma kinux isiru. Forsi wkoll kienu jsiru minn taħt u bil-moħbi.

Imbagħad fl-aħħar mill-aħħar jiddependi minnek u li tkun kapaċi tikkontrolla.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com