Illejla…tribute tal-ABBA waqt il-finali tal-Eurovision!
Illejla, eks rebbieħa tal-Eurovision se jkunu qed jagħmlu prestazzjoni unika sabiex ifakkru lill-grupp tant famuż mad-dinja kollha: ABBA.
Propju din is-sena hija l-50 sena minn meta ABBA rebħu l-Eurovision, l-ewwel rebħa li kienet kisbet l-Iżvezja grazzi għall-kanzunetta Waterloo. Mument storiku għall-iżvezja u għad-dinja kollha. Infatti wara din ir-rebħa tal-1974, il-grupp ABBA ngħata l-possibilità li jdur id-dinja kollha u jkanta din il-kanzunetta u ħafna oħrajn. Insomma…minn hemm kisbu fama internazzjonali u taw spinta wkoll lill-festival inniffsu.
Għalhekk, illejla, qabel ma nsiru nafu kif il-pajjiżi parteċipanti vvutaw u l-kanzunetta rebbieħa għall-2024, Charlotte Perrilli li rebħet il-Eurovision fl-1999, Carola li rebħet fl-1991 u Conchita Wurst li rebħet fl-2014, se jkunu qed ikantaw diski ta’ ABBA u jfakkru s-suċċess li ġabet magħha din ir-rebħa storika għall-Iżvezja.
Iżda apparti dan, ovvjament, se jkun hemm id-diversi pajjiżi li għaddew mis-semi-finali li saru matul din il-ġimgħa. Total ta’ 26 kanzunetta li jirrappreżentaw 26 pajjiż differenti se jkunu qed jieħdu sehem bit-tir li jieħdu dan il-festival magħruf mad-dinja kollha propju fil-pajjiż li qed jirrappreżentaw. Din hija l-ordni li fiha se jkunu qed jikkompetu s-26 pajjiż parteċipant:
- L-Iżvezja
- L-Ukrajna
- Il-Ġermanja
- Il-Lussemburgu
- L-Iżrael
- Il-Litwanja
- Spanja
- L-Estonja
- L-Irlanda
- Il-Latvja
- Il-Greċja
- L-Ingilterra
- In-Norveġja
- L-Italja
- Is-Serbja
- Il-Finlandja
- Il-Portugall
- L-Armenja
- Ċipru
- L-Iżvizzera
- L-Islovenja
- Il-Kroazja
- Il-Ġorġja
- Franza
- L-Awstrija
Inti se ssegwih il-Eurovision illejla?