Illum Dog Mum Day! Ara kif tista’ tiċċelebra dan il-jum

 Illum Dog Mum Day! Ara kif tista’ tiċċelebra dan il-jum

Jekk hemm xi persuna li tgħidilkom “jien m’għandix tfal imma għandi lill-kelb”, isimgħu sew għax illum hija l-ġurnata tagħha. Qatt smajtu b’Dog Mum Day? Din il-ġurnata sseħ fit-tieni Sibt ta’ Mejju, ta’ kull sena u tiċċelebra lil dawk in-nisa kollha li serqilhom qalbhom l-akbar ħabib tal-bniedem: il-kelb!

F’dan l-artiklu se ngħidulkom ftit modi kif tistgħu tiċċelebraw dan il-jum speċjali!

  1. Mur mixja mal-kelb tiegħek, forsi erħilha lejn xi Fomm ir-Riħ jew sal-Buskett.
  2. Sajjar ftit gallettini apposta għall-klieb biex turi lill-kelb tiegħek kemm tħobbu
  3. Organizza picnic mal-kelb tiegħek, jekk tieħdu sad-Dog Park ta’ Ta’ Qali żgur se jħossu ferħan u kuntent.
  4. Organizza photoshoot ħelwa u kkrea album bir-ritratti tiegħek u ta’ dan l-akbar ħabib tiegħek.
  5. Jekk tħobb il-klieb imma għadek ma sirtx Dog Mum, mela uża dan il-jum speċjali sabiex tadotta kelb.

Intant, jekk tixtieq tagħmel sorpriża ħelwa lil xi Dog Mum, niżżel dan iċ-ċertifikat, ipprintjah, imlieh agħtihulha bħala rigal. Żgur se tnisslilha tbissimha fuq wiċċha!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com