In-nies jgħajtu ħafna fir-ristoranti? Għaliex?

 In-nies jgħajtu ħafna fir-ristoranti? Għaliex?

Hemm bosta raġunijiet għal din il-mistoqsija. Qabel xejn, spiss naħsbu li hija xi ħaġa lokali u li tiġri f’pajjiżna biss. Ejja ngħidu li aħna poplu b’karattru ftit ekstravaganti, mediterranju u ċelebrattiv. Dak fatt u ma nistgħux naħarbu minnu. Imma dan il-fatt ta’ storbju, tista’ ssibu kullimkien.

Imma hemm iżjed raġunijiet għaliex in-nies jgħajtu waqt li jkunu madwar mejda f’ristorant.

  1. Jista’ jkun li l-akkustika tar-ristorant hija ħażina. Dan jiġri minħabba art tal-konkrit, ħitan ukoll u anke soqfa għoljin. B’hekk, biex tinftiehem trid tgħajjat. U la jgħajjat kulħadd … immaġinaw.
  2. ħafna mwejjed kważi jmissu ma’ xulxin. Din b’mod awtomatiku twasslek biex tisma’ l-konverżazzjoni tal-mejda l-oħra. L-istint tal-bniedem, flok jgħidlek biex tbaxxi leħnek ħalli ma jisimgħukx, tgħollieh iżjed ħa ssemma’ tiegħek.
  3. Mejda kbira. Meta tkun fi grupp madwar mejda, iżjed u iżjed ma’ ħbieb jew familja kbira, kulħadd irid jgħid tiegħu. B’hekk, l-ilħna jirkbu fuq xulxin u bla dubju, kull persuna tipprova tgħajjat iżjed ħalli kulħadd jisma’ lilha.

Dawn huma l-iżjed raġunijiet loġiċi li huma marbuta mal-għajjat fir-ristorant.

Jekk idejquk ristoranti ffullati, fittex dawk iżjed kwieti. Inkella kif jgħidu l-Ingliżi, ‘go with the flow’. Prepara ruħek minn qabel u prova tidħolx f’kull suġġett li jkun diskuss. B’hekk, isserraħ il-garġi u moħħok!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com