“Inħoss wisq inċertezza fir-relazzjoni tiegħi” Ara x’tista’ tagħmel

 “Inħoss wisq inċertezza fir-relazzjoni tiegħi” Ara x’tista’ tagħmel

Jekk qed tħoss ħafna inċertezza fir-relazzjoni tiegħek, probabbli r-raġuni ewlenija hija li għadek ma affaċċjajtx dak li qed ipoġġik f’dan l-istat negattiv. Jista’ jkun li għandek ċertu bżonnijiet li r-relazzjoni tiegħek mhix qed tagħtik u jista’ jkun minħabba xi ħaġa li lanqas biss għandha x’taqsam mar-relazzjoni, bħal meta inti bħala persuna jkollok nuqqas ta’ kunfidenza fik inniffsek. L-importanti huwa li b’xi mod jew ieħor tara li ssib eżatti x’inhi l-problema sabiex tibda tħossok aktar kunfidenti fir-relazzjoni tiegħek.

  1. Ibda ħobb lilek inniffsek – ħafna problemi ta’ nuqqas ta’ sikurezza f’relazzjoni jiġu meta ma nkunux inħobbu biżżejjed lilna nfusna. Jekk xi ħadd f’koppja jibża’ li jfalli jew jaħseb li ma jistħoqqlux imħabba, ma jirnexxielux jafda kompletament. Il-fiduċja hija l-pedament ta’ kull relazzjoni.
  2. Tgħallem ikkomunika b’mod effettiv – tkellem mas-sieħeb jew sieħba tiegħek u pprova spjegalhom li qed tħoss b’mod li taf li jifhmu huma. Jekk mhux qed ikun hemm konnessjoni magħhom b’dan il-mod, se tkun aktar diffiċli sabiex il-problema tissolva.
  3. Araw li tilħqu l-bżonnijiet ta’ xulxin fir-relazzjoni – hemm sitt bżonnijiet bażiċi li jaffettwaw lil kull persuna fid-dinja. Kollha kemm aħna nixtiequ nħossu ċertu sikurezza li se nevitaw il-ħażin u niksbu l-pjaċir, li jkollna l-varjetà f’ħajjitna, li nħossu li għandna sinjifikat, li nħossuna konnessi mal-oħrajn u li nkomplu niżviluppaw bħala bnedmin u nikkontribwixxu għal dak li qed jiġri madwarna.
  4. Aġixxu bħal li qiskom koppja ġdida – meta tiltaqa’ ma’ xi ħadd għall-ewwel darba l-enerġija tkun manjetika. Tkun tixtieq issir taf kollox dwarhom u tkun tixtieq li jkunu fiżikament viċin tiegħek. Dan is-sentiment jonqos maż-żmien, issir komdu bl-abbitudnijiet tar-relazzjoni u taħseb li m’hemmx bżonn tkompli ssib modi kif timpressjona. Meta wieħed jieqaf jagħmel dan, iwassal sabiex jinħolqu sentimenti ta’ nuqqas ta’ sigurtà u forsi jibdew jaħsbu li m’għadx hemm attrazzjoni. Allura, l-aktar ħaġa ideali hija li wieħed jipprova jżomm ir-relazzjoni ħajja billi jagħti kumplimenti, jippjana sorpriżi, iħalli messaġġi ħelwin u jagħmel affarijiet oħra żgħar li jqanqlu sentimenti pożittivi.
  5. Ħalli l-iżbalji tal-passat, fil-passat – jekk ħadt deċiżjoni fil-passat li tibqa’ mas-sieħeb jew sieħba tiegħek wara li b’xi mod jew ieħor naqsuk, dawn l-iżbalji li għamlu trid tħallihom fil-passat. Minflok tinsisti li s-sieħeb jew sieħba tiegħek jagħmlu affarijiet li jirritawk, ipprova kkrea storja ġdida għalikom mingħajr ma tkompli thewdhen fuq żbalji tal-passat.
  6. Ieqaf analizza kollox b’mod eżaġerat – meta tħalli l-ansjetà tirbaħ, tispiċċa tidħol f’argumenti żejda, issir difensiv jew inkella tingħalaq fik innifsek. Waqqaf dawn il-ħsibijiet qabel ma dawn jibdew jikkontrollaw l-emozzjonijiet tiegħek.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com