Int x’ tikkunsidra meta tagħżel club ta’ sport għal uliedek?

Meta niġu biex nagħżlu club jew tim fejn uliedna jistgħu jipprattikaw xi sport, hemm ħafna affarjiet xi rridu nżommu f’ moħħna qabel nagħmlu l-għażla tagħna
L-ewwel ma rridu nżommu f’ moħħna, hija jekk uliedna iridux huma jipprattikaw dak l-isport. Iħobbuh? Jew qed jaċċettaw li jipprattikaw l-isports minħabba fina jew għax ħbiebhom jilagħbu dak l-isport partikolari?
Ovvjament nixtiequ l-aħjar għal uliedna, imma l-aqwa skola tal-isports mhux bilfors hija l-aktar prattika għalina. Naf li hemm min minn Għawdex iwassal lil uliedu Malta, imma jekk m’ aħniex lesti li nikkommettu ruħna, aħjar insibu skola aktar fil-viċin, milli nispiċċaw infallulhom ta’ sikwit. Skejjel ta’ sport tajbin hawn f’kull akwati.
Irridu naraw ukoll illi t-tagħlim li jingħata ikun minn persuni professjonali u f’ ambjent addattat għat – tfal. Filwaqt li il-livell li uliedna irid ikun tajjeb, tajjeb li niftakru li uliedna jmorru sports biex jieħdu gost. Jekk l-ambjent ikun ostili lejhom , għal raġuni jew oħra, it-tfal se jiddejqu.
Irridu nkunu realistiċi dwar il-ħiliet t’ uliedna. Jekk taf li il-livell tagħhom huwa mhux ta’ top player, u li mhux jintagħżel għal logħob, tista’ tikkunsidra club ieħor fejn tfal għandhom ċans jilagħbu
Ovvjament kulħadd jiddeċiedi skont dak li jaħseb li hu l- aħjar għal uliedu
Int x’ iżżomm f’ moħħok meta tagħżel fejn se jipprattikaw xi sport?