Inti Cancer u l-partner tiegħek Libra? Dan għalik!

 Inti Cancer u l-partner tiegħek Libra? Dan għalik!

Meta persuna Cancer tiltaqa’ ma’ persuna Libra jagħtu lil xulxin xi ħaġa li normalment m’għandhomx…

Dawn it-tip ta’ persuni jfittxu relazzjoni li hija sikura u fejn flimkien jistgħu jaqsmu l-apprezzament tagħhom lejn is-sbuħija u l-lussu, speċjalment fejn tidħol id-dar. L-enerġiji tagħhom jaħdmu sew flimkien, speċjalment jekk ikollom għanijiet komuni x’jilħqu. Fil-bidu tar-relazzjoni tagħhom, il-progress huwa kemmxejn bilmod, madanakollu aktar kemm jgħaddi ż-żmien, aktar jitgħallmu jirrikonoxxu u jirrispettaw il-kwalitajiet pożittivi ta’ xulxin.

Iż-żewġ individwi qatt ma jistħu jabbinaw il-poter tal-emozzjonijiet mal-intellett, u t-tnejn li huma jħobbu affarijiet li huma xi ftit sentimentali. Infatti huma jqisu l-espressjoni tas-sentimenti u l-bżonn tal-kuntentizza bħala importanti u b’hekk jikkumplimentaw ħafna lil xulxin.

Il-Libra tħares lejn il-ħajja bħala esplorazzjoni mentali, filwaqt li l-esperjenza tal-Cancer hija waħda aktar materjali u kinestetika. Persuna Cancer hija aktar sodisfatta meta jintlaħqu l-bżonnijiet emozzjonali tagħha, filwaqt li l-Libra tiffoka fuq dak li jistimola l-moħħ. Għal din ir-raġuni, ġieli jiġu f’mumenti fejn ma jifhmux lil xulxin u jidħlu f’argumenti għax il-Cancer taqbżilhom malajr u l-Libra jidhru wisq provokattivi. Iżda din isservi bħala lezzjoni biex jitgħallmu jħarsu lejn id-dinja b’modi differenti.

X’inhi l-aħjar ħaġa dwar relazzjoni bejn Cancer u Libra?

L-apprezzament komuni għall-istabbilità u l-bilanċ domestiku. L-estetika hija importanti għalihom, u t-tnejn li huma jħobbu l-affarijiet li jġiegħluhom iħossuhom komdi fil-ħajja. Il-gosti simili tagħhom iwassluhom għal relazzjoni ta’ dedikazzjoni u armonija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com