“Irrid nagħmel dietà bla ma naqta’ l-għaġin!”

 “Irrid nagħmel dietà bla ma naqta’ l-għaġin!”

Platt għaġin jinżillek għasel. Ma tkunx taf x’se taqbad tiekol, tgħid ħa nagħmel platt għaġin. Daqqa biz-zalza ħamra jew bajda, daqqa bil-pesto, insomma, hemm miljun mod differenti kif tista’ tiekol l-għaġin.

L-għaġin tant inħobbuh, li ħafna drabi nispiċċaw ngħidu li d-dietà ma nagħmluhiex għax ma jirnexxilniex naqtgħu dan il-platt tant versatili. F’dan l-artiklu se ngħidulkom li d-dietà tistgħu tagħmluha mingħajr ma taqtgħu l-għaġin. Sempliċiment, tibdlu l-għaġin normali għal dawn it-tipi ta’ għaġin:

  1. Għaġin wholegrain – dan jagħmluh minn qamħ integrali, qamħ saraċin, xgħir u dqiq ieħor.
  2. Għaġin magħmul miċ-ċiċri, għads u fażola.
  3. Għaġin mingħajr glutina.

Jekk ma tixtieqx tibdel l-għaġin għal wieħed minn dawn l-alternattivi, tista’ tkompli tiekol l-għaġin normali iżda tikkontrolla l-porzjoni. Minflokk tiekol platt għaġin, l-għaġin għandu jkun parti mill-platt tiegħek.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com