Is-Sajjetti fihom kuluri differenti … tafu xi jfissru?

 Is-Sajjetti fihom kuluri differenti … tafu xi jfissru?

Fuq il-paġna Maltese Islands Weather ingħatat spjega interessanti dwar il-kuluri differenti tas-sajjetti fejn dawn ivarjaw u forsi rari nintebħu anke minħabba li hawn min jibża’ jħares lejhom. Din ġejja minn għidut antiki fejn kienu jgħidu biex dak li jkun ma jħarisx lejn is-sajjetti għax joqtluk.

Mejju beda b’maltempata bir-ragħad u s-sajjetti u donnu sa issa, it-temp għadu ma qagħadx.

Il-kuluri tas-sajjetti jvarjaw minħabba t-temperaturi u jkunu affettwati minn kundizzjonijiet atmosferiċi u ambjentali.

Hemm sajjetti vjola li huma l-aktar komuni u jinħolqu mix-xita.

Il-paġna spjegat ukoll li hemm sajjetti blu. Dawn huma l-aktar sajjetti sħan li jseħħu fid-dinja u għalhekk, komuni ħafna. “Ammonti żgħar ta’ trab fin fil-livelli għoljin ta’ l-atmosfera wkoll jistgħu jikkaġunaw dan. Dan għaliex dawn il-partiċelli tat-trab ixerrdu d-dawl li ġej mis-sajjetti, b’mod simili għal kif il-partiċelli fl-atmosfera jxerrdu d-dawl tax-xemx, u jagħtu lis-sema l-kulur blu tiegħu”, tenniet din il-paġna.

Imbagħad hemm is-sajjetti l-bojod. Rari mmens li wieħed josservaħhom. Dan minħabba li l-arja ma tkunx dejjem nadifa u għalhekk ittappan il-viżta tagħna.

Sajjetti sofor jindikaw maltemp bir-ragħad imma li jkun nieqes mill-preċipitazzjoni; jiġifieri xita pjuttost ħafifa. Dan il-kulur jindika wkoll ramel fl-arja; xi ħaġa li esperjenzajna ħafna dan l-aħħar.

Hemm ukoll dawk ħomor, oranġjo u anke ħodor. Kemm hi sabiħa n-natura. Tindikalna wkoll l-atmosfera tal-ambjent fid-dinja tagħna.

Intant, dalwaqt nibdew niktbu fuq is-sħana qawwija u t-tidlik, hekk kif joqrob iżjed is-sajf li mistenni jerġa’ jkun kiefer. Sadanittant, ingawdu li nistgħu minn temp moderat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com