It-300 sena Anniversarju mill-Fondazzjoni tal-Lokalitá tal-Floriana

 It-300 sena Anniversarju mill-Fondazzjoni tal-Lokalitá tal-Floriana

Illum, propja id-9 ta’ Mejju hija Jum it-Twelid tal-Belt Vilhena, il-Floriana. B’din infissru t-twaqqif tal-Furjana speċifikament meta l-Gran Mastru de Vilhena kien iffirma li jista’ jibda jsir bini u joqgħodu n-nies fis-subborg, bl-isem ta’ Borgo Vilhena. Hekk kif aktar tard, l-isem Floriana ġie adottat b’unur ta’moħħ oriġinali, Pietro Paolo Floriani. Il-Floriana hija grata lejn De Vilhena u kburija li ġġor ismu u dak ta’ Floriani.

Biex jiċċelebraw dan kollu l-Kunsill Lokali tal-Floriana inawgura pjan ta’ sena sħiħa hekk kif wasalna fit-300 sena anniversarju mill-fondazzjoni tal-lokalità. Dawn jinvolvu attivitajiet u avvenimenti differenti fosthom;

§ il-Festa Familja Furjaniża fejn tinkludi Lejla Maltij b’ikel, xorb, divertiment u rappreżentazzjoni b’4 stati zgħar ta’ qaddisin li għalihom hemm happelli ddedikati fil-Floriana,

§ kunċerti fosthom mill-Banda Vilhena, kif ukoll ieħor bis-sehem tal-Orkestra Nazzjonali

§ l-attività kulturali annwali Ġenna ta’ Ġonna,

§ u anke attivtiajiet tal-Milied għall-komunità fl-aħħar tas-sena. Komplu segwu l-programm kollu t’attivitajiet hawnhekk. Naturalment dan il-programm jista’ jiġi emendat u aġġornat skont l-esiġenzi.

F’dawn iż-żminijiet wieħed tajjeb japprezza l-valur u l-kultura li toffri din il-lokalità kemm f’beltha bħala bini, kemm bħala storja, bħala identità tal-komunità, kif ukoll il-ħiliet lokali kemm individwali u kemm kollettivi. U dawn kollha ħa jiġu apprezzati u rikonoxxuti f’din is-sena partikolari.

Nixtiequ nawguraw it-300 sena Anniversarju mill-Fondazzjoni tal-lokalitá tal-Floriana lil-Furjaniżi kollha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com