Kemm hi prezzjuża l-mara! Anqas nirrealizzaw!
Il-mara;
tibdel kunjomha malli tiżżewweġ.
tibdel darha u tħalli l-familja biex tibni oħra.
toħroġ tqila … it-tqala tbidlilha ġisimha.
il-piż tagħha jadatta minħabba ċ-ċirkostanzi.
tbati fit-twelid tat-tarbija.
iġġorr tarbija għal 9 xhur.
U l-lista ma tieqafx. Għalkemm illum sar hawn iżjed tqassim tax-xogħol tad-dar, tqassim fit-trobija tal-ulied, eċċ, eċċ, il-mara għaddiet minn ħafna fl-istorja tal-bniedem. Biex waslet fejn hija llum, kellhom jgħaddu s-snin, mijiet u eluf. Traġit kbir u twil li min jaf x’ħalla fil-qlub u l-imħuħ ta’ dawk in-nisa li ġew qabilna.
Kemm verament napprezzaw lin-nisa? U anke lil xulxin?
Għad għandna superjorità fir-rigward tas-sessi? Jew sirna biss insemmu l-mara biex nittikkjaw fil-lista tal-avvanzi?