Kemm timmaġinak iddum taħdem fl-istess post?
waqqaf rekord ta’ kemm dam jaħdem għall-istess kumpanija
Kien is-17 ta’ Jannar 1938 meta Walter Orthmann beda jaħdem ma’ RenauxView, kumpanija li timmanifattura d-drapp fil-belt ta’ Brusque, il-Brażil. Kellu biss ħmistax-il sena u daħal jaħdem hemm meta kien għadu jmur l-iskola biex jgħin lill-familja finanzjarjament. Beda bħala assistent fil-merkanzija u baqa’ tiela’ sakemm laħaq manager tal-bejgħ. Sas 6 ta’ Jannar 2022, Orthmann kien għadu jaħdem ma’ RenauxView tant li ngħata rikonossiment mill-Guinness World Record bħala l-iktar persuna b’karriera twila fl-istess kumpanija, jiġifieri 84 sena.
Walter Orthmann, li twielet fid-19 ta’ April 1922, għalaq 102 din is-sena! Biss, f’Jannar tħabbar li għażel li jirtira wara 86 sena jaħdem mal-kumpanija minħabba problemi fil- vista.
Bla dubju li dan huwa każ individwali u diffiċli biex jisirqulu r-rekord. Din hija xi statistika biex inqabblu ftit din il-kisba ma’ dak li jiġri madwarna:
- Fil-Brażil stess, il-medja ta’ żmien li persuna tipika tqatta’ taħdem fl-istess stabbiliment hija ta’ bejn tliet u erba’ snin.
- Fl-Istati Uniti l-medja hija qrib għax qiegħda 4.1 snin.
- Fil-Ġermanja u Franza l-medja titla’ għal bejn għara u tnax-il sena minħabba liġijiet li jħarsu l-postijiet tax-xogħol.
- Fl-Italja l-medja wkoll hija ta’ iktar minn għaxar snin.
- Fi Spanja, din tinżel ħarira, għal bejn tmien u għaxar snin.
- Fl-Iżvezja u d-Danimarka, il-medja ta’ kemm persuna ssaddad fl-istess post tax-xogħol ukoll tkun ta’ bejn tmien u għaxar snin.
Il-Ġappuniżi jiffukaw fuq il-lealtà lejn il-post tax-xogħol, b’medja ta’ tnax-il sena f’post wieħed. Il-kbar għandhom rabta ikbar imma ż-żgħar qed idumu inqas minħabba bdil fid-dinamika tas-suq tax-xogħol.