Kien intlemaħ nar fl-aħħar provi tat-tielet att tal-opra La Vergine del Castello

 Kien intlemaħ nar fl-aħħar provi tat-tielet att tal-opra La Vergine del Castello

It-Teatru Rjal jibqa’ dejjem suġġett ta’ diskussjoni mill-pubbliku Malti fejn kontinwament bqajna nisimgħu l-karba li ħafna jixtiequ jarawh mibni kif kien.

Imma x’kien ġara eżatt qabel laqqat il-bomba tat-Tieni Gwerra Dinjija?

Iva, kien ġa ħa kedda minħabba li waqt l-aħħar provi tat-tielet att tal-opra La Vergine del Castello, kien intlemaħ xi nar bejn il-kwinti. Ma għaddiex ħafna ħin sakemm in-nar ħakem it-Teatru kollu u qerdu għal kollox. Dan seħħ fil-25 ta’ Mejju tal-1873.

Peress li fis-Sur ta’ San Ġakbu kien hemm il-ħażna tal-porvli tas-Servizzi Ingliżi, kulħadd beża’ li dan seta’ jisplodi u eluf ta’ persuni litteralment ħarbu mill-Belt.

Fil-Kunsill tal-Gvern kien hemm dibattitu mqanqal dwar ir-restawr tat-Teatru. Fl-1875 il-Kunsill qabel li jirrestawrah għal 12,000 lira Sterlina. It-Teatru Rjal reġa’ fetaħ fil-11 t’Ottubru tal-1877 bl-opra Aida.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com