L- awards fuq il-post tax-xogħol. Jimmotivaw il-ħaddiema, imma fihom xi żvantaġġi?
F’dawn l-aħħar snin, daħlet id-drawwa, kemm f’ kumpaniji privati u anki fis-settur pubbliku, illi jingħataw awards ta’ rikonoxximent lil dawk il-ħaddiema jew sezzjonijiet ta’ ħaddiema illi jkunu spikkaw fuq il-post tax-xogħol.
Hemm min jaqbel ma’ dawn l-awards, u hemm min hu kontra. Fost il-vantaġġi illi jelenkaw dawk li huma favur l-awards, wieħed sib illi dawn l-awards :
· Iżidu il-produzzjoni tal-ħaddiema – Dan isir billi ħaddiema jippruvaw jilħqu livell ogħla sabiex ikunu huma ukoll b’ċans tajjeb sabiex jirbħu xi award
· Jgħollu l-moral- Li bniedem jingħata award huwa wieħed mill-metodi ta’ kif ħaddiem jista’ jħossu apprezzat. La darba bniedem iħossu li hu apprezzat minn ta’ fuqu, se jkollu moral aktar għoli, iżid il-produzzjoni, u ovvjament dawn iwasslu għal benefiċċju lejn il-kumpanija
· Inqas sick leave u inqas riżenji – Persuni ili ma jħossuhomx apprezzati huma aktar b’ċans illi ma jmorrux għax-xogħol. Aktar minn hekk, hemm ċans iktar li persuni jirriżenjaw minn fuq il-post tax-xogħol, jekk ma jħossuhomx apprezzati. Kemm in-nuqqas minn fuq il-post tax-xogħol, u kemm ir-riżenji iwasslu għal telf ta’ flus tal-kumpanija
Dawn huma biss ftit vantaġġi tal-awards. Minn naħa l-oħra, dawn l-awards jistgħu iwasslu għal għira minn dawk il- persuni li ma jkunux ingħataw award. Dan jaf iwassal għa telf ta’ motivazzjoni, u raġunar ta’ “Ħalli lil min ħa l-award jaħdem”Hawn min jara dawn l-awards u ċ-ċerimonja li ġġib magħhom bħala ħela ta’ flus, flus li setgħu intużaw biex igawdu l-impjegati kollha
X’taħseb fuq l-awards? Taħseb illi isaħħu r-relazzjoni tal-ħaddiema mal-kumpanija?