“Lanqas naf x’se naqbad nilbes daż-żmien!”
“Nibdel il-gwardarrobba?”
“Inħalli kollox kif inhu għalissa?”
“Bdiet is-sħana, imma ġieli nħoss il-bard!”
Dan hu ż-żmien tat-taħwid tat-temp! Minn April sat-tmiem ta’ Mejju, nispiċċaw lanqas nifhmu jekk għandniex nibdlu l-gwardarrobba minn tax-xitwa għas-sajf. Għax meta jkun il-frisk, trid tilbes bilfors il-ħwejjeġ tax-xitwa, u meta tkun is-sħana il-ħwejjeġ tax-xitwa jkunu se joqtluk.
Iżda qatt ma ġġibha żewġ! Jekk ġurnata tħoss is-sħana u tippjana biex l-għada tilbes xi ħaġa aktar ħafifa, aħlef li l-għada se toħroġ barra u jkollok terġa’ tidħol iġġib ġakketta għax tibda tiksaħ…
Imbagħad meta tara temp griż kif kellna lejn tmiem din il-ġimgħa tibda taħsbek fl-eqqel tax-xitwa…sakemm toħorġ barra u jibdew tilgħin il-fwawar.
Insomma…perjodu ta’ konfużjoni qabel tiġi s-sħana tboss tas-sajf!
Intom diġà qlibtu l-gwardarrobba għall-ħwejjeġ tas-sajf? Jew għadkom qed tgħannqu l-ħwejjeġ tax-xitwa? Għidulna fil-kummenti!