Le, titfax ix-xagħar fil-loki!!!
Forsi naħsbu li t-toilet/loki huwa l-mod jew il-post fejn fih narmu li rridu jew dak li ma rridux.
Dan huwa ħsieb żbaljat ħafna. In-nisa l-iżjed, imma anke l-irġiel, jitfgħu x-xagħar fil-loki malli jnaddfu xi brush. Dan joħloq konġestjoni fis-sistema tad-drenaġġ u tweħħel il-passaġġ. Ix-xagħar jifflowtja ma jiddiżintegrax.
Anke meta l-irġiel iqaxxru s-suf u jitfgħuh ġol-loki jagħmel l-istess.
Bla dubju, malli jiġri hekk, jibdew jinħolqu problemi fis-sistema u nibdew naħsbu li d-drenaġġ instadd. Dan ma jiġrix mix-xejn! Din hija raġuni minnhom.
Biex tiżblokka s-sistema tiġik il-flus. Allura tajjeb ninfurmaw ruħna u noqogħdu attenti kif niddisponu u x’nitfgħu fil-loki.