Mara kapaċi tissaporti daqshekk snin mingħajr attività sesswali

 Mara kapaċi tissaporti daqshekk snin mingħajr attività sesswali

Ma hemmx għalfejn nieħdu skandlu għax hija parti min-natura jew l-istamina ta’ ċerti nies. Mhux kulħadd l-istess.

Hemm min jgħaddu l-jiem biex ikun jista’ jkollu/jew ikun irid azzjoni oħra u hemm min ikun fi bżonn kuljum. Teżisti wkoll l-addiction f’dan il-qasam.

Nymphomaniac hija persuna li għandha addiction għas-sess. M’huwhiex ħażin li tagħmel sess kuljum. Jekk tagħmel hekk, jew tagħmel iżjed minn darba fl-istess jum, jew xejn minn dan, kollu huwa normali..

Ma hemmx ammont speċifiku ta’ kemm jitqies normali imma s-sesswalità ta’ kulħadd hija differenti. Trid tara x’inhu tajjeb għalik u għall-partner tiegħek jew oltrè.

Skont riċerka minn emedicinehealth.com , instab li l-irġiel ikunu jridu iżjed sess min-nisa u kapaċi jdumu jkunu attiva sa’ 75 sena jew anke 80 sena. L-eċċezzjonijiet jeżistu wkoll.

Dan is-sit jgħid ukoll li mara kapaċi tissaporti sa 5 snin mingħajr attività sesswali.

Din hija riċerka interessanti u m’għandniex inħalluha tabu. Biss, tajjeb li tagħti kas saħħtek. Il-ġisem jurik meta jgħejja jew ma jkunx meħtieġ li tinvolvieh f’attivitajiet żejda.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com