Membru tal-Familja Rjali Brittanika b’għeruq Maltin?

 Membru tal-Familja Rjali Brittanika b’għeruq Maltin?
Min qatt kellu jobsor! Ara dan l-artiklu għal iktar tagħrif. 
Meghan Markle u l-Prinċep Harry, iben ir-Re Charles III, il-ġimgħa l-oħra żaru in-Niġerja peress li d-Dukessa skopriet li għandha 43% mill-għeruq personali ta’ nisel Niġerjan. 
Jidher li dan il-vjaġġ, li kellu propaganda kbira, kien ta’ suċċess u Markle tassew ħadet gost  tant li rringrazzjat lin-nies tal-post li laqgħuha. 
Biss, id-Dukessa kienet għamlet vjaġġ simili f’Marzu tal-2015, meta kienet għadha lanqas biss iltaqgħet mal-Prinċep Harry, biex tesplora l-għeruq tagħha. Hija kienet ġiet Malta, biex  tara fejn twieldet il-bużbużnanna tagħha.
Interessanti ħarsa ħafifa lejn l-arblu tar-razza tad-Dukessa: 
  • Thomas Bird, suldat stazzjonat Malta, kien miżżewweġ lil Mary McCauge, Irlandiża.  Waqt li kienu Malta twieldet Mary Bird, il-bużbużnanna tad-Dukessa, fl-1862. 
  • Mary Bird telqet il-Kanada fi tfulitha, fl-1866. Hi żżewġet lill-mastrudaxxa George  David Merrill fl- 1833. Kellhom lil Gertrude May Merrill, il-bużnanna tagħhafl1887. 
  • Gertrude May Markle iltaqgħet ma’ Fredrick George Sanders u kellhom lil Doris  Mary Rita Sanders fl-1920; din tiġi n-nanna ta’ Meghan Markle. 
  • Doris Sanders iżżewġet lil Gordon Arnold Markle, propjetarju ta’ pompa tal-petrol u iktar tard ħadem fl-industrija taż-żraben. Flimkien kellhom tifel fl-1944; Thomas W. Markle, missier id-Dukessa. 
Minkejja kollox, it-tagħrif ġeneoloġiku huwa kemxejn xott minħabba nuqqas ta’ dokumentu memorji li ntilfu għax ma ntirtux bil-fomm maż-żmien.  Meta kienet hawn ħadet ħsieb iż-żjara tagħha l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (AMT). Qagħdet ġo boutique hotel, żaret bosta postijiet kulturali u artistiċi u ppożat għal photoshoot bl-għonnella. Minkejja li ġiet biex tgħarrex l-għeruq tagħha, ma żaritx xi arkivji  lokali u żammet mal-itenerarju li ħejjiet għaliha l-AMT. 
Kurt Arrigo, il-fotografu mqabbad mill-AMT, u s-sidien tal-lukanda fejn qagħdet qalu li ħadu gost jaħdmu magħha u hija vera mara ġentili u dħulija. Markle jidher li ħadet pjaċir bil-vjaġġ f’pajjiżna. Hija faħħret il-qalb tajba tal-Maltin u lkċina lokali. Fuq il-blog tagħha kienet kitbet li l-gżejjer Maltin huma mekka għal min iħobb il-kultura u l-istorja bi sfond ta’ baħar mill-isbaħ. 
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com