Memorji mill-Isptar San Luqa
Il-Canteen– Kif tidħol kont issib il-canteen. Ħafna drabi ippakjat, mhux biss bil-persuni li jattendu l-Outpatient, imma kellu l-vamtaġġ ekonomiku illi biex tidħol fl-isptar, bilfors ridt tgħaddi minn quddiemu. Kien eżatt quddiem l-Out patients, u tajjeb jew ħażin, wara ħin ta’ stennija kien ikollok tmur tixtri xi ħaġa biex titrejjaq minn hemm
Il-Grada– Ftit passi l-fuq mill-canteen kjien hemm grada. Din kienet tingħalaq ftit qabel il-ħin tal-viżitaturi , biex ovvjamnet in-nies ma jidħlux qabel il-ħin. Mal-ħin eżatt jiġi membru tas-sigurta (bil-qmis ċilesti), u jiftaħ dil-grada, bin-nies kollha jgħaġġlu lejn is-swali fejn ikunu rikoverati il-maħbubin tagħhom. U bilħaqq, sakemm tiftaħ dil-grada, in-nies tgħaddi sal-canteen għal 2 pastizzi, jew biex jixtru flixkun ilma għal dawk li jkunu se jżuru
L-ikel ta’ l-isptar- Il-fattiga kien itella’ l-karru ta’ l-ikel, u xi l-11 ta’ filgħodu u l-5 ta’ filgħaxija kien jitqassam l-ikel lill-pazjenti. L-ikel kien jitqassam mill-infermiera. Xi koxxa ta’ tiġieġa, biċċa laħam, jew pulpetta u ftit ħaxix. Patata maxx u għaġin. U bilħaqq, soppa bajda jew brodu. Min ma setax jiekol sew, kienu jtuh minced food. Le mhux jitla’ lest, imma kien isir mill-istaff b’taħlita ta’ brodu, laħam jew pulpetti u dawra tajba fil-liquidizer
Sodod tal-ħadid – Is-sodod li jitilgħu u jinżlu bid-dawl kienu għadhom ħolma. L-aktar l-aktar kont issib sodda li titla’ bil-pedala. L-aktar li kien hemm kienu sodod tal-ħadid, b’uħud minnhom bil-ġnub jinqala’, b’xi infermier jorbotha bil-faxxa