Meta jaqa’ ċpar- Tiftakru il-ktieb?
Lura fis-snin disgħin, bħala parti mis-sillabu ta’ l-iskola konna naqraw il-ktieb “ Meta jaqa’ ċ-ċpar”, ta’ Trevor Zahra. L-istorja kienet taffaxinna lil ħafna tfal, għaliex kienet tinkludi ftit fantaxjenza.
Illum, ħafna nixtiequ li nerġgħu ngħixu xi snin passati, ovvjament għax iġibulna nostalġija. Imma f’dan il-ktieb, grupp ta’ ta’ tfal irnexxielhom jivvjaġġaw lejn snin l-imgħoddija, eżattament fi żmien meta l-Franċiżi ta’ Napuljun kien qed jaħkmu Malta.
It-tfal kienu iltaqgħu ma’ xi persuni li ġew mill-futur, u tħajjru jivvjaġġaw huma ukoll. Imma mingħajr l-appartat meħtieġ spiċċaw mitlufa fi żmien. Hemm iltaqgħu ma’ Zolli u oħtha, żewġ anjani ħelwa li kienu jgħixu fi snin ta’ qrib l-1800. Ix-xjuħ skantaw bl-affarijiet moderni, fosthom il-ħwejjeġ li raw fuq it-tfal, waqt li tfal skantaw bil-ħajja li kienu jgħixu dak iż-żmien.
Minħabba li t-tfal kienu diġa jafu minn xiex ser jgħaddu l-Maltin fi żmien il-Franċżi u ppruvaw jgħaddu l-informazzjoni lil-mexxejja ta’ dak iż-żmien. Imma dak li jkun seħħ fil-passat ma tistax tbiddlu.
Fl-aħħar it-tfal jerġgħu lura, u jinsew dak kollu li għaddew minnu. Iż-żmien ikun waqaf u jerġgħu imorru lura eżatt mad-data u l-ħin li telqu. L-unika waħda li baqgħet tiftakar kienet il-kelba, li ma setgħetx tinsa lill-qattus li iltaqgħet miegħu fi żmien differenti
Int temmen li bniedem jista’ jivvjaġġa fi snin?
Ġieli għaddejt minn esperjenza u għidt din qisni diġa għextha?
Li kieku jollok tmur lura fis-snin, liema tagħżel?