MHUX f’MALTA: Carers jagħtu sustanza lit-tfal sabiex jorqdu
Dan il-każ ma sarx f’Malta u għalhekk m’għandniex nallarmaw ruħna li xi ħadd qed jagħmel xi ħsara lil
uliedna. Imma ħsara fuq it-tfal, tibqa’ xokkanti, issir f’liema pajjiż issir. Is-sid ta’ Ċentru ta’ Matul il- Jum f‘Manchester , flimkien ma’ tlett impjegati, ġew arrestati mill-pulizija ta’ Manchester b’rabta ma’ akkużi ta’ abbuż fuq it-tfal. Dawn il-ħaddiema, kienu qed ipoġġu is-sustanza Melatonin ma’ l-ikel tat-tfal, u dan kien qed isir mingħajr ma’ l-ġenituri kienu jafu jew taw il-kunsens tagħhom.
Ħa nkunu ċari, il-Melatonin mhiex kalmanta, u jekk tingħata kif suppost tgħin fl-irqad, u taf tkun benefiċċjarja f’ċertu ċirkostanzi. Imma dawn i-carers kienu qed jagħtu din il-Melatonin mingħajr il- kunsens tal-ġenituri sabiex dawn it-tfal jitħeddlu, u ovvjament il-ħaddiema ikollhom xift kwiet. Fost l-effetti li jista’ jkollha, wieħed isib l-effett mixtieq minn dawn il-ħaddiema, jiġifieri l-effett li tqabbad in-nagħas, uġigħ ta’ ras u kultant dardir.
Nisimgħu dawn l-affarijiet jafu jinkwetawna xi ftit. Imma meta nħarsu lejn l-istandards u l-kura tajba litingħata f’ċentri ta’ dan it-tip f’Malta, għandha għax inħossuna siguri, għaliex affarijiet bħal dawn qatt ma nstemgħu li seħħew. Għandna għax inkunu kburin illi f’Malta hawn ħaddiema ddedikati illi jagħmlu ħilthom sabiex jedukaw lil uliedna żgħar u ma jwettqu l-ebda abbuż!