Nies li darbtejn f’xahar jieħdu jumejn sick …
Il-leave u s-sick leave huma drittijiet fundamentali tal-ħaddiem. Madanakollu ssib ħafna min jabbuża.
Fuq il-midja lokali nisimgħu ħafna b’każijiet ta’ abbużi li jsiru minn kull att.
Madanakollu, aħna l-bnedmin nagħmlu l-istess? U forsi nirraġunaw li tagħna huma abbużi żgħar? Jekk hu hekk, mhux xorta jibqgħu abbużi?
Issib faxxa ta’ nies li dik id-darba fix-xahar iridu jieħdu jumejn jew tlieta sick anke jekk ma jkollhom xejn. Meta jitkellmu, jirraġunaw li ma huma jagħmlu xejn ħażin “x’għandna mid-dinja, dik li tieħu!”
Huwa raġunar matur dan?