Oġġett li ma jiswa xejn illum, għad jiswa l-miljuni!

 Oġġett li ma jiswa xejn illum, għad jiswa l-miljuni!

Ġieli naraw stejjer ta’ rkanti li jsiru b’oġġetti prezzjużi; jew aħjar li saru prezzjużi minħabba l-età tagħhom.

Timmaġinaw siġġu li ma jkunx jiswa ħafna flus imma fuqu poġġiet ir-reġina eżempju? Jekk is-siġġu jkun sew ftit flus biex sar, ġaladarba fuqu poġġiet ir-reġina, hi min hi, dan sar jiswa biżibilju flus.

Kos hux, toqgħod taħseb dwar dan. Ngħidu li l-bniedem mhux etern u fl-istess ħin, norbtu l-valur mal-preżenza tiegħu fuq flus.

Bħallikieku mhux siġġu baqa’. Imma żdiedlu l-valur għax poġġa min poġġa fuqu. Hekk jiġri fir-rigward ta’ bosta affarijiet. Anke oġġetti iżjed antiki, tal-medju evu, tal-pre-istorja … famużi dejjem l-oġġetti relatati mat-Titanic.

Bla dubju, il-kunċett taż-żmien huwa meraviljuż, għaliex f’idejk ikollok oġġett li min jaf li kieku kellu jitkellem, kemm ra storja … Imma l-oġġett baqa’ u l-bniedem miet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com