Persuni li jkunu ilhom jgħixu f’pajjiż, għandhom jingħataw iċ-ċittadinanza?

 Persuni li jkunu ilhom jgħixu f’pajjiż, għandhom jingħataw iċ-ċittadinanza?

Persuni li issetiljaw f’pajjiż għandhom jingħataw ċittadinanza bi drittijiet kollha li din iġġib magħha

inkuż il-vot?

Raġel bl-isem ta’ Nelson Shardey, minkejja li twieled il-Ghana, ilu jgħix l-Ingilterra għal aktar minn 40 sena sħaħ. Issetilja l-Ingilterra, ħadem, mexxa negozju u rabba familja. Uliedu twieldu u trabbew fl- Ingilterra, u anki bdew il-karriera tagħhom f’dan il-pajjiż. Qatt ma siefer, u jqis lil dan il-pajjiż bħala pajjiżu. Iħobb l-Ingilterra u serva anki f’ġuri. Saħansitra ingħata midalja għal qlubija li wera meta waqqaf ħalliel.

Imma meta aktar minn 40 sena wara xtaq imur lura l-Ghana minħabba l-mewt t’ommu, u mar japplika għall-passaport, qalulu li hu ma kienx Ingliż, u ma kellu l-ebda dritt jgħix fl-Ingilterra Dan il-każ ifakkarna fil-każ ta’ Kusi, il-persuna mill-Kosta tal-Ivorju li fi Frar li għadda ġie arrestat minħabba li kien qed jgħix f’ Malta b’ mod illegali. Kien ilu hawn 13-il sena, fejn ħadem u fetaħ negozju.

Meta naraw illi d-dinja saret prattikament bla fruntieri, taħsbu illi persuni illi jkunu ilhom jgħixu f’pajjiż għandhom jibqgħu jgħixu hemm ? Persuna illi tkun ilha tgħix is-snin f’pajjiż, u li qatt ma kisret il-liġi, għaliex għandha titkeċċa għax snin ilu ma rregolatx il-karti tal-immigrazzjoni? X’sens jagħmel li nkeċċu…

X’sens jagħmel illi nkeċċu ħaddiem ilu Malta s-snin, mingħajr ma qatt kiser il-liġi, biex imbagħad nimpurtaw ħaddiema oħra li ma nafuhomx?

Taħsbu li dawn il-persuni għandhom jingħataw iċ-ċittadninza , li tinkludi dritt tal-vot u li jikkontestaw elezzjoni?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com