Qatt ħdimt fil-Customer Care? Dawn huma l-affarijiet li jaffaċċjaw kuljum.

 Qatt ħdimt fil-Customer Care? Dawn huma l-affarijiet li jaffaċċjaw kuljum.

Xogħol bilqiegħda, quddiem kompjuter, dejjem ġewwa u taħt temperatura kkontrollata mill-arja kkundizzjonata. M’hemmx tqandil u ftit li xejn tiltaqa’ ma’ nies. Mhux job ħażin. Titħajjar tapplika għal dan il-job? Job ta’ Customer Care agent. Xogħlok hu li tipprova taqdi l-klijenti minn fuq it-telefon.

Apparti l-kundizzjonijiet komdi li semmejna hemm fuq, tajjeb insemmu ftit ma’ xiex iħabbtu wiċċhom dawn il-ħaddiema. Imbagħad iddeċiedi wara.

Ammont ta’ nies għadhom imwaħħlin mal-għidut li “Customer is always right”. U sa l-aħħar jibqgħu jinsistu fuqu. Erħilu illi l-aktar nies li jibqgħu jippikaw u jħaqquha, probbabli ikunu l-anqas li għandhom raġun.

U anki meta klijent ikollu raġun, u jinfexx jgħajjat, il-probbailita hi li jkun qed jgħajjat mal-persuna żbaljata. Veru jaf ilek tistenna t-technician ġurnata, imma inutli qed tgħajjat mal-customer care officer. Dan irid jiċċekja x’ikun ġara. U inutli tkompli tinfiska miegħu jekk ħallik tistenna xi ftit. Probbabli kien qed jipprova jaqbad lit-technician.

Problema oħra li jħabbtu wiċċhom magħhom dawn in-nies hi għaliex il-klijenti jċemplu bla ma jkunu ippreparati. In-numru tal-karta tal-identita għandek tkun tafu, jew ta’ lanqas żommu miktub qribek meta ċċempel. Kif tippretendi li għax tgħidlu ismek isibek? U iva , mhux jistenna ftit ħin sakemm ngħajjat lit-tifla ġġibli l-ID Card u ngħidlek x’inhu. U billi nkun għidtlek numru ħażin x’ikun ġara? Mhux xogħol qiegħed jew?

Ir-regoli tal-kumpaniji jew uffiċji jagħmluhom CEO u kbarat. Inutli tgerger mal-persuna li wieġbet it-telefon u tgħidilha biex ibiddlu għax għandhom regoli u policies ħżiena.

Kliem ħażin- Naf li kliem Malti, imma m’hemmx bżonn tuża kliem vulgari, oxxen jew dagħa meta tkellem Customer Care staff. U iva, naf li dak hu parti normali mill-vokobularju tiegħek, imma il-ħaddiem li hemm fuq in-naħa l-oħra tal-linja, ma japprezzax it-talenti li għandek biex iżżejjen il-kliem.

Bilħaqq, qabel tibgħat lil tal-Customer Care jieħdu f’għajnu (jew postijiet oħra), kemm tkun ċert li l-linja inqatgħet, għax ħafna drabi il-kliem li tlissen int u tniżżel ir-riċevitur f’postu, jinstema’ xorta.

X’taħseb? Titħajjar? Ġieli kellek xi esperjenza?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com