Qatt ħsibtu għaliex it-Torri ta’ Pisa huwa mmejjel?

 Qatt ħsibtu għaliex it-Torri ta’ Pisa huwa mmejjel?

It-torri ta’ Pisa li huwa kkunsidrat mill-UNESCO bħala World Heritage Site, mhux biss huwa magħruf għall-ġmiel tiegħu imma anke għal mod kif inhu immejjel.  L-assi vertikali partikolari tiegħu jagħmluh monument uniku.

Imma qatt ħsibtu għaliex it-Torri huwa mmejjel u x’konsegwenzi jista’ jkollu dan il-monument? Fil-verità t-Torri ta’ Pisa huwa kampnar tal-Kattidral ta’ Marija Assunta li jinsab fi Piazza dei Miracoli. Dan il-monument huwa għoli madwar 57 metru u għandu piż ta’ madwar 15-il elf tunnellata.

L-ewwel ġebla tpoġġiet f’Awwissu tal-1174 fuq art taflija. It-Torri beda jitmejjel mal-bini tat-tielet sular. Minħabba f’hekk, il-kumplament tas-sulari komplew jinbnew b’kurvatura li kienet tmur fid-direzzjoni opposta tal-inklinazzjoni. Il-binja tal-monument tlestiet fl-1350. Anke jekk maż-żmien l-inklinazzjoni tat-Torri żdiedet, kien hemm ukoll perjodi ta’ stabbilità u għaldaqstant il-fenomenu taċ-ċaqliq naqas.

Fis-seklu dsatax, saru studji fuq l-art fejn inbena. Minn din l-analiżi ħareġ li taħt il-binja kien hemm kwantità kbira ta’ ilma. Sar it-tentattiv li jinġabar dan l-ilma imma dan ħalaq fenomenu ieħor li wassal biex il-wiċċ tal-art jitbaxxa. Għaldaqstant, l-inklinazzjoni tat-Torri ġiet viżibbli iktar minn qatt qabel.

Fl-1995, it-Torri ta’ Pisa beda jiċċaqlaq u allura biex jitwaqqaf kollox u jiġi evitat li t-Torri nnifsu jikkollassa, it-tekniċi ħolqu sistema ta’ bilanċ u mini taħt l-art. Minn żmien din l-iskoperta ’l hawn, it-Torri ta’ Pisa naqqas l-inklinazzjoni tiegħu b’ 0.5 gradi. Kien imbagħad fl-2001, li s-sistema ta’ bilanċ li kienet implimentata tneħħiet u li minflokha tqiegħdu serje ta’ sensors li kapaċi jidentifikaw sa l-iċken ċaqliq tal-monument.

Fortunatament, illum it-teknoloġija toffri għodod aktar perċiżi minn dak li kien hemm preżenti f’dawk iż-żminijiet. Madanakollu, kieku llum m’għandniex binja unika bħal din li hemm fir-reġjun tat-Toscona. U intom, żortuh?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com