“Ridt nagħmel dieta mingħajr ma naqta’ l-ħelu…irnexxieli!”

 “Ridt nagħmel dieta mingħajr ma naqta’ l-ħelu…irnexxieli!”

Waħda mill-aktar affarijiet li jaf jiddemotivawk meta tkun se tibda tagħmel dieta huwa li mhux talli trid tiekol ikel iktar san, iżda ħafna drabi jimbuttawk biex taqta’ l-ħelu għal kollox.

Jekk inti bħal Marica Cassar, din hija xi ħaġa li ma tantx ser iddoqqlok. Madanakollu, Marica rnexxielha tagħmel dieta b’suċċess, mingħajr ma taqta’ l-ħelu. Hi spjegat li kienet ħeġġet lir-raġel tagħha sabiex imur għand Life Coaching & Support by Ritienne Zahra u jara kif jista’ jonqos. Għamlet kuraġġ bih u bdiet tagħmel id-dieta hi wkoll.

Minkejja li għandha ħajja kemmxejn bieżla, Ritienne dejjem issibilha d-dieta ideali sabiex tkun tista’ tinkorporaha f’ħajjitha mingħajr problemi. Sostniet li d-dieta m’għandhiex tkun liġi, tant li meta lil Ritienne qaltilha li ma tixtieqx taqta’ l-ħelu, din weġbitha “tibżax!”

“Irnexxieli nonqos u nħossni ħafna aħjar,” qalet Marica. Kompliet billi spjegat li temmen li jekk tpoġġi moħħha aktar hemm u tisma’ aktar minn dak li tgħidilha Ritienne, kapaċi tkompli tonqos aktar minn kemm naqset s’issa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com