Sengħa jew skola?
Dawk it-tfal li missierhom kien jaħdem xi xogħol manwali, probbabli kemm –il darba qalulhom li jkun aħjar għalihom jekk jitgħallmu l-iskola ħalli ma jbatux, ħalli jkollhom paga aħjar. Ix-xogħol manwali kien assoċjat aktar ma’ nies li “ ma jafux skola”, u ħafna drabi kien meqjus bħala xogħol ta’ nies inferjuri għal “dawk ta’ skola “.
Aħjar skrivan milli xi bajjad. Skrivan imħallas tajjeb u ma jbatix. Fuq kollox aħna naħdmu biex nitħallsu, u u li tkun imħallas tajjeb hija xi ħaġa li tattirak lejn ix-xogħol. Imma kemm huwa veru illi persuna ta’ skola titħallas aktar minn persuna tas-sengħa?
Il-paga ta’ skrivan ħafna drabi tkun madwar 1100 jew ftit aktar fix-xahar. Persuna li taħdem f’ħanut titħallas madwar madwar 7 ewro kull siegħa, filwaqt li persuna impjegata biex tnaddaf titħallas madwar 6 Ewro kull siegħa (dawk li jmorru jnaddfu fid-djar privati, jitħallsu madwar 10 Ewro). Għalkemm ma tantx għad hawn fabbriki, dawk il-ħaddiema għandhom pagi ta’ madwar 1000 fix-xahar, ovvjamnet jiddependi mill-fabbrika li tkun.
Imbagħad għandek il-persuni li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa u l-edukazzjoni, fejn hawn hekk, il-pagi huma xi ftit għola u jqarrbu l-2000 fix-xahar
Jekk, imbagħad immorru lejn is-snajja, insibu li dawk li jaħdmu għal rashom jitħallsu aħjar. Eżempju, qatgħa xahar ta’ l-irġiel hi bejn 10 u 15 –il Ewro. Ovvjament id-dħul jiddependi minn kemm ikollhom klijenti. Persuna li tiġi biex issewwi appliances, mhux se ngħidlek kemm jitħallas, għax jiddependi mill-ħsara, imma talli jara xi ħsara hemm, ukoll jieħdu madwar 25 Ewro . Kull min ġie bżonn electrician, mekkanik, bajjad, jew xi ħadd iqiegħed il-madum, ukoll jaf illi dawn jitħallsu tajjeb. U ħaqqhom, għax hawn nuqqas ta’ ħaddiema tal-id.
Wara li qrajt illi probbabilment persuna tas-snajja ikollhom dħul aktar minn persuni ta’ “ skola”, għadek trid tħeġġeġ lil uliedek li jridu jitgħallmu l-iskola akkost ta’ kollox?