Ser tiżżewweġ? Ara kif tista’ tagħżel il-libsa tat-tieġ ideali għalik
Jekk inti u s-sieħeb jew sieħba tiegħek iddeċidejtu li tiżżewġu, allura mistoqsija li qed tberren f’moħħok hija żgur “minn fejn se naqbad nibda biex nagħżel il-libsa perfetta?” Hawn għażla kbira ta’ ħwienet, kif ukoll mudelli ta’ lbiesi li jaf tibda tikkonfondi x’għandek tagħżel u x’inhu l-aħjar stil għalik.
Forom differenti, jmorru magħhom stili differenti! Ejja nagħtu ħarsa lejn l-ilbiesi li għażlu dawn il-personaġġi magħrufa lokali u x’ilbiesi għandhom ta’ Bridal Malta illi kieku kellhom jerġgħu jiżżewġu żgur kienu jkunu ideali għalihom.
Raisa, ta’ My Trio
Fit-tieġ tagħha, Raisa ta’ My Trio kellha libsa sleeveless kollha bizzilla li tinfetaħ mill-irkoppa l-isfel, fl-istil tal-ilbiesi magħrufa bħala mermaid dress. Mill-ilbiesi ta’ Bridal Malta, nemmnu dik perfetta għal Raisa hija l-libsa li ġġib l-isem ta’ Wendy.
Il-libsa għandha kmiem off-shoulder tal-bizzilla, tgħannaq il-figura u tinfetaħ minn fuq l-irkoppa l-isfel. Il-libsa hija mżejna bi fjuri fuq wara tad-dublett u għandha dettall sabiħ tant li żgur iħalli lill-mistiedna b’ħalqhom miftuħ malli tidħol l-għarusa.
Kayleigh Mizzi
Kayleigh Mizzi dehret propju qisha prinċipessa fit-tieġ tagħha! Il-libsa kienet fi stil aktar tradizzjonali, bil-kmiem trasparenti bil-bizzilla u bil-parti tad-dublett li tinfetaħ mill-qadt l-isfel. Il-libsa ideali għall-figura ta’ Kayleigh mingħand Bridal Malta hija dik magħrufa bl-isem ta’ Anny. X’taħsbu dwarha?
Din il-libsa għandha disinn oriġinali u differenti, filwaqt li hija mżejna b’ħafna fjuri mifruxin mat-tul kollu tagħha. Il-libsa tgħannaq il-ġisem sal-qadd imbagħad tinfetaħ ftit b’tulle f’forma ta’ A. Il-libsa għandha wkoll ċineg biż-żibeġ u tiġi bil-buttuni fuq wara. Din hija perfetta għal kull għarusa li tixtieq tkun fuq fomm kulħadd.
Tereza Anna
Li kieku Tereza Anna kellha terġa’ tiżżewweġ illum, konnha żgur nissuġġerulha tagħżel din il-ġmiel ta’ libsa mingħand Bridal Malta li ġġib l-isem ta’ Kelly. Il-libsa hija t-tip li tiddeskriviha bħala sabiħa għax sempliċi!
Infatti, il-libsa tenfasizza l-eleganza tal-figura tal-għarusa u toħroġ il-karattru uniku tagħha. Il-libsa tiġi f’forma ta’ A u għandha wkoll kmien off-shoulder. Filwaqt li l-kurpett huwa rrakmat, il-bqija tal-libsa tinfetaħ b’dublett sempliċi iżda kollu saffi differenti li jġiegħel kull għarusa tħossha komda fil-jum speċjali tagħha.
Alana Bondin
Alana Bondin ukoll marret għall-istil ta’ prinċipessa u ngħiduha kif inhi, il-libsa tagħha xerqitilha ħafna! Intant, li kieku kienet għadha ser tiżżewweġ, konnha nissuġġerulha tipprova l-libsa li ġġib l-isem ta’ Grace mingħand Bridal Malta. Din il-libsa m’hemmx kelma oħra biex tiddeskriviha ħlief: maġika!
Infatti, l-libsa hija ispirata mill-ilbiesi tipiċi tal-perjodu Vittorjan. Infatti l-libsa kienet iddisinjata b’tali mod li ġġiegħel lill-għarusa li tilbisha tħossha propju persuna rjali! Il-libsa għanda disinn bil-fjuri u ż-żibeġ, filwaqt li d-dublett huwa taħlita ta’ tulle u bizzilla.