Ta’ liema età għandek tieqaf taħsel lil uliedek?

 Ta’ liema età għandek tieqaf taħsel lil uliedek?

Dilemma! Jafu jinħaslu weħedhom ta’ ċertu età? Imma xi tgħidli għall-privatezza? Mistoqsija li ddur f’moħħ ħafna ġenituri? Kemm se ndum naħsilhom?

Ovvjament jekk ikunu kapaċi jinħaslu weħedhom f’età bikrija, tant aħjar. Hawn tfal li jkun kapaċi jagħmlu dan anki ta’ 6 snin. Imma hawn esperti li jirrikomandaw illi it-tfal għandhom jiġu mgħejjuna biex jinħaslu anki sa madwar disa’ snin.

Tfal iżgħar mhux dejjem ikunu kapaċi jaħslu partijiet bħax-xagħar jew wara l-widnejn kif suppost, allura ikun għad għandhom bżonn l-għajnuna tal-ġenituri. B’dan kollu, imbilli ġenitur ikun qed jgħin lill-uliedu jinħaslu, xorta waħda jista’ jgħid lit-tfal sabiex jaħslu huma stess il-partijiet privati tagħhom. Dan jaf jevita ċertu skumdita u mistħija

Minn naħa l-oħra tqum il-mistoqsija, jekk omm għandiex taħsel lill-uliedha subien sa età ta’ xi 8 snin, jew missier jaħsel lil uliedu bniet. Filwaqt li l-omm taħsel lis-subien hija aktar aċċettata, mhux l-istess jista’ jingħad għal sitwazzjoni fejn il-missier ikollu jaħsel lil bintu.

M’hemmx età meta tieqaf, imma il-mument ikun wasal żgur dak il-jum illi it-tfal jgħaddu xi kumment jew ma jibdewx iħossuhom komdi li jinżgħu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com