Tafu x’benefiċċju għandu l-isfar tal-bajd?
Mhux veru li l-bajd joħloq il-kolesterol. Iż-żejjed ovvja, imma bil-moderazzjoni le. Anzi, jagħmel ħafna ġid.
L-Abjad tal-bajd u anke l-isfar innifsu fih ħafna ġid. Fih il-proteini, ir-riboflavin, il-magniżju u l-potassju. Dawn jippromwovu b’mod naturali ż-żgħożija, iżommu l-ġilda friska u jevitawlek it-tikmix.
Iva qed taqraw sew! Il-bajd jevitalek ħafna tikmix u anke jbiegħed l-acne mill-wiċċ.
Irrispettivament kemm hawn prodotti tajbin għall-wiċċ, il-bajd huwa l-aqwa rimedju naturali għal kontra t-tikmix.
Bla dubju, b’moderazzjoni. Tajjeb li bħalma nfittxu ħafna dwar suġġetti differenti fuq l-internet, infittxu wkoll tagħrif utli li jgħinna ngħixu aħjar.